TITNIEDA KAMPANJA DWAR L-EFFETTI TAL-ALKOĦOL FIT-TQALA - “CELEBRATING PREGNANCY WITHOUT ALCOHOL”
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità, l-Onor. J Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet taħt l-isem “Celebrating Pregnancy without Alcohol” qal li f’diversi riċerki li saru, ġie ikkonfermat li l-ewwel snin tal-ħajja ta’ persuna, anke meta tkun għadha fil-ġuf, għandhom impatt kbir fuq saħħitha. Għalhekk investiment fis-saħħa tat-tarbija fl-ewwel snin ta’ ħajjitha huwa fil-fatt investiment sħiħ fis-saħħa tal-persuna għal matul ħajjietha kollha.
Għaldaqstant, l-Onor. J Cassar qal li l-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità, tul is-snin bena servizz sħiħ immirat lejn l-omm u t-tarbija, li jibda anke minn qabel it-tqala. Dawn is-servizzi jkopru diversi għanijiet mhux biss dawk kliniċi, iżda jinkludu wkoll support u promozzjoni ta’ stil ta’ħajja aħjar għall-omm u t-tarbjia. Fosthom f’Mater Dei għandna l-Parent Craft Classes, il-walk-in Breastfeeding clinic, u l-kampanji ta’ tagħrif dwar il-Breastfeeding u ikel tajjeb waqt it-tqala. Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jgħinu lill-ommijiet fit-trobbija ta’ uliedhom. Għalkemm ir-rata tal-alkoħol waqt it-tqala f’Malta mhix allarmanti xorta nħass il-bżonn li tinħoloq kampanja ta’ prevenzjoni f’dan ir-rigward.
Dr Charmaine Gauci, Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard kompliet tgħid li fi ħdan dan id-direttorat wieħed jista’ jsib tagħrif dwar il-Breastfeeding, ikel komplimentari għat-trabi, kif ukoll kif għandu jiġi ppreparat dan l-ikel. Isiru wkoll diversi inizjattivi biex l-ommijiet isiru konxi minn prattiċi tajbin għas-saħħa ta’ uliedhom bħalma huma kontribuzzjonijiet fil-Mother & Baby Clubs, tagħrif fuq il-mezzi tax-xandir u laqgħat fil-komunità.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità l-Onor Dr J Cassar qal li dan l-aħħar smajna b’diversi studji li juru li l-Maltin jixorbu l-alkoħol forsi ftit żejjed ukoll. Iżda l-alkoħol m’għandux u ma jistax ikun parti mit-tqala. Ħafna min-nisa Maltin jieqfu jixorbu l-alkoħol malli jsiru jafu li ħarġu tqal. Permezz ta’ din il-kampanja li qedgħin inniedu llum, irridu nilħqu lil dawk in-nisa li għadhom ma jafux il-ħsara li jkunu qed jagħmlu u jkomplu jixorbu l-alkoħol anke waqt it-tqala. Din il-mira hija waħda mill-azzjonijiet li ġew irrakkomandati mill-Pjan Nazzjonali għall- Kanċer li ġie mniedi mill-Gvern.
L-alkoħol li tixrob l-omm jgħaddi direttament għat-tarbija u jkun preżenti fid-demm tat-tarbija wkoll. L-alkoħol jaffetwha l-iżvilupp sħiħ tat-tarbija speċjalment tal-moħħ u s-sistema nervuża. It-tarbija tista’ titwieled b’kumplikazzjonijiet b’riżultat ta’ dan. Tqala ġdida tfisser ħajja ġdida. Li tarbija tibda l-ħajja bl-aktar mod b’saħħtu hija importanti għaliha.
M’hemm l-ebda tip jew ammont ta’ alkoħol li jista’ jitqies bħala safe għat-tarbija. Il-parir tagħna huwa li matul il-perjodu kollu marbut mat-tqala, ma jinxtorobx alkoħol. Dan ifisser sa minn meta mara tibda tippjana li toħroġ tqila, waqt it-tqala kollha u meta tkun qed tredda lit-tarbija tagħha.
Lill-missierijiet ukoll għandhom id-dmir li jissaportjaw lill-partners tagħhom qabel, waqt u wara t-tqala billi ma jixorbux huma wkoll. B’hekk ikunu qed jieħdu ħsieb saħħithom ukoll. Meta jkollna okkazzjonijiet fejn normalment jinxtorob l-alkoħol, irridu nieħdu ħsieb li jkun hemm ukoll alternattivi li jistgħu jinxtorbu minn kullħadd, inkluż nisa tqal.
Kull persuna li jkollha bżonn is-sapport fejn jidħol l-alkoħol u t-tqala tista’ ssibha kemm ġewwa il-Parentcraft f’Isptar Mater Dei, mingħand l-Aġenzija SEDQA kif ukoll mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard.
Is-Sinjura Sultana Lauria qasmet l-esperenzja tagħha li għalkemm hi qatt ma kellha l-vizzju tal-alkoħol ħasset il-bżonn biex tgħin f’din il-kampanja li l-bidu tal-ħajja tikkontribuixxi għas-saħħa tat-tarbija matul ħajjitha kollha; għalhekk bħala omm tħoss li dejjem għandna nagħtu l-aħjar bidu għat-tarbija tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021