GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IR-RIABILITAZZJONI TAL-FOSS TAL-IMDINA – AKTAR SPAZJU MIFTUĦ TA’ RIKREAZZJONI
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq ir-riabilitazzjoni tal-foss tal-Imdina, fejn qed jingħata aktar spazju miftuħ għan-nies.
Dan il-proġett qed isir b'investiment ta' madwar miljun u mitejn elf ewro, li mistenni jkun lest aktar tard din is-sena. Dan il-proġett ikopri kważi 16,000 metru kwadru ta' art mhux utilizzata u li ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-proġett ta' riabilitazzjoni se jkun qed jipprovdi spazju rikreattiv ġdid, fi ġnien, u b'pavimentar imdawwar b'siġar tal-larinġ u tipi ta' siġar oħra. Filfatt f’dan il-proġett se jkun hemm aktar siġar milli kien hemm qabel ma nbeda l-proġett fejn il-maġġoranza tas-siġar li kien hemm ġew imħawla fl-istess foss aktar ‘il barra mis-swar biex tingħata iżjed importanza lis-swar.
Għal dan il-għan filfatt se tkun installata sistema ġdida ta’ dawl li se tkun qed tikkumplimenta l-proġett sabiex il-Foss ikun imdawwal u aċċessibbli għall-pubbliku anki filgħaxijiet.
Il-proġett jinkludi wkoll eżercizzju intensiv dwar l-użu sostenibbli tal-ilma. Diġà sar xogħol għal ilqugħ għall-ilma fuq is-sur ta' San Pawl. L-ilma kollu li nġabar matul is-sena li għaddiet ġie trasferit f'ġibjun li jinsab fil-bitħa tal-Palazz Vilhena. Dan se jservi bħala wieħed mill-ġibjuni ta' riserva għall-ġibjun prinċipali eżistenti li jinsab fil-Foss, flimkien ma' żewġt iġwiebi oħra li qed jinbnew bħala parti mill-proġett.
Ir-riabilitazzjoni tal-Foss tal-Imdina torbot mal-lista ta' proġetti li qed isiru fl-Imdina tant li s-sena l-oħra ntemm ix-xogħol metikoluz ta' restawr u konsolidament tas-swar ta' taħt il-Palazz Vilhena u s-sur ta' San Pawl. Fiż-żona ta’ madwar l-Imdina sar proġett ta’ tisbiħ tal-Għalqa ta’ Kola, sar il- pavimentar ta’ Triq Santu Wistin, u r-restawr tal-Funtana tas-Saqqaja fir-Rabat.
Ix-xogħol estensiv ta’ restawr tas-swar fl-Imdina se jkompli wkoll matul is-sentejn li ġejjin fejn il-Magazzini storici li jħarsu fuq l-Imtarfa u l-bastjun ta' Despuig, li jiġi taħt il-Kon Kattidral tal-Imdina, wkoll se jsirilhom interventi intensivi ta' konsolidament strutturali u ta' restawr, li qed isiru b’investiment ta’ €36 miljun b'ko-finanzjament ta' 85% mill-UE.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021