Left arrow Mur Lura

MALTA TKOMPLI SSAĦĦAĦ L-EKONOMIJA PERMEZZ TA’ AKTAR INVESTIMENT LOKALI U BARRANI BIEX B’HEKK IKOMPLU JINĦOLQU MIJIET TA’ IMPJIEGI

pr2027
Date Icon 18/09/2012

"Pajjiżna qed ikompli isaħħaħ l-qagħda ekonomika  permezz  ta’ aktar investiment lokali u barrani u dan għaliex in-negozjanti għandhom fiduċja sħiħa li jinvestu u jkabbru l-operat tagħhom f’pajjiżna." Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żghar u l-Konsumatur Jason Azzopardi waqt żjara għamel dalgħodu fl-ewwel stabbiliment ta’ katina internazzjonali ta’ Costa Coffee.

Il-Ministru Azzopardi spjega kif dan l-investiment sewa 300,000 Ewro lil The Coffee Company Malta Ltd., li hija kumpanija sussidjarja ta’ Buttigieg Holdings Ltd. u li tmexxi dan il-ħanut f’pajjżna. Il-Ministru qal li din il-kumpanija ma beżgħatx tidħol għal dan l-investiment li ssarraf f’wieħed sod u li ħoloq 25 impjieg ġdid. Costa Coffee f’Malta ilha topera minn Ġunju ta’ din is-sena u diġà għamlet suċċess kbir mal-klijenti tagħha.  Costa għandha mal-2344 ħanut mferxin fi 30 pajjiż madwar id-dinja. L-aktar li huma popolari huma  dawk stabbiliti fl-Ingilterra. 

Dr. Robert Buttiġieġ, Direttur Maniġerjali ta’ The Coffee Company qal li l-kumpanija tant rat potenzjal f’dan il-proġett li ddeċidiet li tkompli tinvesti sabiex fi żmien sentejn oħra tkun fetħet 9  ħwienet oħra ta’ Costa f’pajjiżna. Dan se jkun ifisser b’kollox investiment ta’ 1.5 miljun Ewro u l-ħolqien ta’ 200 impjieg ġdid.

Il-Ministru Azzopardi faħħar il-bżuilija ta’ din il-kumpanija li kellha d-determinazzjoni u l-potenzjal li tiftaħ ħanut ta’ katina internazzjonali u li se jkun ifisser investiment fis-sod u ħolqien ta’ aktar impjiegi. Dan kollu, saħaq il-Ministru se jkun qed jirriżulta f’investiment akbar u ħolqien ta’ aktar impjiegi. Huwa qal li l-Gvern huwa kommess li jgħin lin-negozji jimirħu u jikbru aktar permezz ta’ diversi skemi u inċentivi.

Il-Ministru spjega li l-Gvern qiegħed kontinwament jaħdem sabiex joffri aktar flessibilità lin-negozji u anqas burokrazija. Eżempju ċar ta’ dan huwa il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar proposti li jemendaw regolamenti dwar il-liċenzji tal-kummerċ.  Huwa spjega li l-proposti l-ġodda se jiġu kollha fis-seħħ minn Ottubru li ġej, u dan se jkun qed iffisser li n-negozji Maltin u Għawdxin se jkollhom regoli aktar sempliċi u b’anqas burokrazija. Dan kollu qal l-Ministru huwa turija ċara li l-Gvern jemmen fis-sħiħ fin-negozji Maltin u Għawdxin u jrid jgħinhom sabiex ikomplu jikbru u jisaħħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow