Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CRISTINA TILTAQA’ MA’ GĦALLIEMA ĠODDA

pr2026
Date Icon 18/09/2012

Dalgħodu l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina, iltaqgħet mal-għalliema l-ġodda li se jibdew jagħtu s-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja f’din is-sena skolastika.

Hija indirrizzat l-għalliema waqt seminar apposta li qiegħed isir għall-ħames sena konsekuttiva. In-numru ta’ għalliema ġodda f’setturi u suġġetti differenti huwa ta’ 91 fl-iskejjel tal-Istat filwaqt li 61 għalliem se jibdew il-karriera tagħhom fl-iskejjel tal-Knisja. Il-Ministru Cristina saħqet li dan in-numru sabiħ juri li l-professjoni tal-għalliema għadha waħda mfittxija.

Bħalissa qed jiġu implimentati diversi riformi fis-sistema edukattiva li jaffettwaw it-tagħlim fi-klassi u l-introduzzjoni ta’ għodod u riżorsi biex kemm jista’ jkun jiġi provdut tagħlim differenzjat u aktar innovativ, kif ukoll programmi skont il-bżonnijiet differenti tal-istudenti kollha.

Il-Gvern flimkien mad-Direttorati tal-Edukazzjoni jassigura li jkun hemm taħriġ speċjalizzat u opportunitajiet biex  l-għalliema jkunu jistgħu jkomplu jssaħħu l-professjoni u l-istudji tagħhom.

Minbarra s-seminar ta’ induction l-għalliema l-ġodda se jkunu qegħdin jingħataw ukoll programm ta’ mentoring speċifiku.

Il-proġett pilota li beda s-sena li għaddiet, ġie ddisinjat biex l-għalliema l-ġodda jgħaddu minn proċess ta’ Induction u Mentoring biex jingħataw aktar sapport u għajnuna fil-bidu tal-karriera tagħhom. L-għan ta’ dan il-proġett hu biex l-għalliema l-ġodda jrabbu aktar kunfidenza fuq il-post tax-xogħol u jkollhom punt ta’ referenza ma’ persuna ta’ esperjenza biex jaqsmu l-ħsibijiet u l-isfidi li jkunu qed jiltaqgħu magħhom fil-bidu tax-xogħol tagħhom bħala għalliema u aspetti oħra tal-professjoni tagħhom bl-akbar kunfidenzjalità.

Is-sistema edukattiva hija kemmxejn waħda kumplessa speċjalment bir-riformi li qed inwettqu għaliex żdiedu ħafna aktar servizzi għall-istudenti u professjonisti li lkoll iridu jaħdmu id f’id mal-għalliema. Iżda bl-għajnuna mogħtija, l-għalliema ġodda se jingħataw l-għodda meħtieġa biex isibu saqajhom  fid-dinja tax-xogħol.

Il-mentors se jkunu qegħdin jagħtu taħriġ speċifiku biex l-għalliema l-ġodda jifhmu aktar is-sistema edukattiva u jsibu l-aħjar appoġġ possibli. L-ewwel sena tal-programm tal-mentoring tal-għalliema, kienet waħda ta’ suċċess għaliex 95% tal-għalliema l-ġodda tas-sena l-oħra qalu li l-esperjenza kienet waħda pożittiva u kienu sodisfatti bl-għajnuna mogħtija mill-mentors tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow