Left arrow Mur Lura

JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA' SETTEMBRU, 2012

pr2025
Date Icon 18/09/2012

Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza l-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza dawn l-attivitajiet:

Il-Ħamis, 20 ta' Settembru, 2012

Tqegħid ta' Kuruni miċ-Chairman u s-Segretarju tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.

Il-kuruni jitqiegħdu f'din is-sekwenza

10.00 hrsMonument tal-Ex Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja   Valletta
10.03 hrsMonument tal-Ex Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta
10.05 hrsMonument tal-Ex Prim Ministru Gerald Strickland - Barrakka ta' Fuq, Valletta
10.10 hrsMonument tal-Ex Prim Ministru Nerik Mizzi – Pjazza San Ġwann, Valletta
10.20 hrsMonument tal-Ex Prim Ministru Ugo Mifsud – Floriana

10.40 hrs Qabar tal-Ex Prim Ministru Dom Mintoff – Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola

Qabar tal-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola

Qabar tal-Ex Prim Minstru Francesco Buhagiar - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola                       

Il-Ġimgħa, 21 ta' Settembru, 2012 - JUM L-INDIPENDENZA

Quddiesa Pontifikali u "Te Deum" fil-Konkatidral ta' San Ġwann

09.30 hrsTluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn Puturjal għal Triq ir-Repubblika, Valletta.
09.42 hrsWasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann
09.48 hrsWasla tal-Kap-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 hrsWasla tal-Prim Ministru
09.55 hrsWasla tal-ET il-President ta' Malta

                        Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.

10.00 hrs         Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum 

Tqegħid ta' Fjuri fuq il-Monument tal-Indipendenza, Floriana.

11.45 hrsIl-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja tal-Unur  jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana.
11.50 hrsWasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument tal-Indipendenza
11.54 hrsWasla tal-Kap Kmandant tal-AFM
11.57 hrsWasla tal-E.T. il-President ta’ Malta u l-Onor Prim Ministru
12.00 hrsL-E.T. il-President ta' Malta u l-Onor. Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument.

KUNĊERT TAL-INDIPENDENZA

19.00 hrs     Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali  taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Laus il-Palazz, Valletta.  Fost l-oħrajn f’dan il-kunċert tiġi eseġwita s-silta “Il-Misteru ta’ Ħaġar Qim” ta’ Stephen Joseph Psaila – kompożizzjoni li rebħet l-ewwel edizzjoni tal-Music Composition Competition for Independence Day  imnedija mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow