STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Oppożizzjoni kontra r-riġenerazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli
Il-Bord tal-MEPA bħalissa qed jiddiskuti proposta għal dokument ta’ policy bit-titlu Sustainable Approach Towards Regeneration/Consolidation Initiatives biex dan jiġi ppubblikat għal proċess ta’ konsultazzjoni pubblika qabel jiġi finalizzat. Dan id-dokument huwa r-riżultat ta’ proposti mressqa mid-Direttorat tal-Ippjannar lill-Bord tal-MEPA kif ukoll tal-proċess ta’ konsultazzjoni sussegwenti li sar f’Awwissu 2012. Id-dokument huwa mmirat lejn policies fi pjani sussidjarji għal riġenerazzjoni, l-ħolqien ta’ impjiegi u opportunitajiet soċjo-kulturali bl-oġġettivi mmirati li jiffaċilitaw l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni turistiċi, l-użu effiċjenti ta’ binjiet li għandhom valur li għandu jiġi konservat jew li jinsabu f’żoni sensittivi kif ukoll l-proviżjoni ta’ infrastruttura u faċilitajiet soċjali u komunitarji, fost oħrajn. Dan id-dokument huwa mmirat lejn l-implimentazzjoni ta’ inizjattiva fil-Budget 2012 li tgħid li ’l–MEPA se tkun qed twessa’ l-użu permissibbli għal dawn it-tip ta’ proprjetajiet biex, fost l-oħrajn ikunu permessibli guesthouses, uffiċini, u użu oħra kummerċjali, iżda kompatabbli u kumplimentari ma’ żoni residenzjali.’ Dan huwa dokument li huwa riżultat ta’ proċess wiesa’ ta’ ħidma u konsultazzjoni. Mhux minnu, għalhekk li qed isir b’xi urġenza kif allega l-Onor. Galdes.
L-Onor Galdes huwa impjegat tal-MEPA fi ħdan unit li hija responsabbli għat-tfassil ta’ policies, u huwa wkoll membru tal-Bord tal-MEPA, liema Bord qiegħed preżentament jiddiskuti l-pasaġġ għat-tieni fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tad-dokument fuq imsemmi. Iżda minflok ma jiddiskuti dawn il-policies fi ħdan il-MEPA, fir-rwol tiegħu ta’ impjegat tal-Awtorità, jew bħala membru tal-Bord tal-MEPA, l-Onor. Galdes joġgħbu jagħmel logħba politika mill-pożizzjoni tiegħu. Dan juri biċ-ċar li għall-Oppożizzjoni t-tfixxkil u l-kritika huma aktar importanti mill-koperazzjoni u l-konsultazzjoni immirati lejn deċiżjonijiet li jissarfu f’policies ta’ riġenerazzjoni u żvilupp sostenibbli li minnhom igawdu il-Maltin u l-Għawdxin.
L-Onor. Galdes jaf sew li l-imsemmi dokument ta’ policy għaddej minn proċess ta’ diskussjoni fi ħdan il-Bord tal-MEPA li se tkompli nhar il-Ħamis li ġej. Minflok jipparteċipa f’din id-diskussjoni, l-Onor. Galdes jiddeċiedi li jikkritika inizjattiva meħtieġa u importanti bil-għan li jfixkilha. L-Onor. Galdes jaf ukoll li d-dokument għadu jrid jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni pubblika. Għalhekk, l-Oppożizzjoni kieku għandha għall-qalba l-interess nazzjonali kienet tipparteċipa fil-proċess ta’ konsultazzjoni u mhux tagħżel li tagħmel stqarrijiet prematuri u foloz immirati li jfixxklu il-ħidma tal-MEPA.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021