Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr2024
Date Icon 17/09/2012

Oppożizzjoni kontra r-riġenerazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli

Il-Bord tal-MEPA bħalissa qed jiddiskuti proposta għal dokument ta’ policy bit-titlu Sustainable Approach Towards Regeneration/Consolidation Initiatives biex dan jiġi ppubblikat għal proċess ta’ konsultazzjoni pubblika qabel jiġi finalizzat. Dan id-dokument huwa r-riżultat ta’ proposti mressqa mid-Direttorat tal-Ippjannar lill-Bord tal-MEPA kif ukoll tal-proċess ta’ konsultazzjoni sussegwenti li sar f’Awwissu 2012. Id-dokument huwa mmirat lejn policies fi pjani sussidjarji għal riġenerazzjoni, l-ħolqien ta’ impjiegi u opportunitajiet soċjo-kulturali bl-oġġettivi mmirati li jiffaċilitaw l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni turistiċi, l-użu effiċjenti ta’ binjiet li għandhom valur li għandu jiġi konservat jew li jinsabu f’żoni sensittivi kif ukoll l-proviżjoni ta’ infrastruttura u faċilitajiet soċjali u komunitarji, fost oħrajn. Dan id-dokument huwa mmirat lejn l-implimentazzjoni ta’ inizjattiva fil-Budget 2012 li tgħid li ’l–MEPA  se  tkun qed  twessa’ l-użu permissibbli għal dawn it-tip ta’ proprjetajiet biex, fost l-oħrajn ikunu permessibli guesthouses, uffiċini, u użu oħra kummerċjali, iżda kompatabbli u kumplimentari ma’ żoni residenzjali.’ Dan huwa dokument li huwa riżultat ta’ proċess wiesa’ ta’ ħidma u konsultazzjoni. Mhux minnu, għalhekk li qed isir b’xi urġenza kif allega l-Onor. Galdes.

L-Onor Galdes huwa impjegat tal-MEPA fi ħdan unit li hija responsabbli għat-tfassil ta’ policies, u huwa wkoll membru tal-Bord tal-MEPA, liema Bord qiegħed preżentament jiddiskuti l-pasaġġ għat-tieni fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tad-dokument fuq imsemmi. Iżda minflok ma jiddiskuti dawn il-policies fi ħdan il-MEPA, fir-rwol tiegħu ta’ impjegat tal-Awtorità, jew bħala membru tal-Bord tal-MEPA, l-Onor. Galdes joġgħbu jagħmel logħba politika mill-pożizzjoni tiegħu. Dan juri biċ-ċar li għall-Oppożizzjoni t-tfixxkil u l-kritika huma aktar importanti mill-koperazzjoni u l-konsultazzjoni immirati lejn deċiżjonijiet li jissarfu f’policies ta’ riġenerazzjoni u żvilupp sostenibbli li minnhom igawdu il-Maltin u l-Għawdxin.

L-Onor. Galdes jaf sew li l-imsemmi dokument ta’ policy għaddej minn proċess ta’ diskussjoni fi ħdan il-Bord tal-MEPA li se tkompli nhar il-Ħamis li ġej. Minflok jipparteċipa f’din id-diskussjoni, l-Onor. Galdes jiddeċiedi li jikkritika inizjattiva meħtieġa u importanti bil-għan li jfixkilha. L-Onor. Galdes jaf ukoll li d-dokument għadu jrid jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni pubblika. Għalhekk, l-Oppożizzjoni kieku għandha għall-qalba l-interess nazzjonali kienet tipparteċipa fil-proċess ta’ konsultazzjoni u mhux tagħżel li tagħmel stqarrijiet prematuri u foloz immirati li jfixxklu il-ħidma tal-MEPA.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow