Left arrow Mur Lura

FTEHIM ĠDID GĦALL-INFERMIERA FIL-PRE-HOSPITAL CARE

pr2023
Date Icon 17/09/2012

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità ħabbar il-pjan ta’ kif jistgħu jiġu indirizzati aħjar l-isfidi li servizzi tas-saħħa jiffaċċaw fil-kuntest tal-emerġenza, jew hekk kif aħjar imsejħa “pre-hospital care”. Il-Ministru Joe Cassar qal li l-kura li tingħata f’dan il-kuntest ta’ pre-hospital care għandha titqies bħala parti ewlenija tas-servizz tal-emerġenza ġewwa pajjiżna.

Il-Ministeru, wara dikussjonijiet, u bi ftehmim, mal-MUMN, illum qed jinfurmaw lill-pubbliku bl-iżviluppi u l-pjanijiet li l-Ministeru wasal għalihom, pjanijiet li joffru mogħdija strutturata ta’ żvillup meħtieġ f’dan is-settur daqs tant importanti.

Il-gvern jirrikonoxxi li wieħed mill-membri ewlenin tat-tim ta’ professjonisti u ħaddiema li joffru kura f’dan is settur huwa, bħal f’ħafna kuntesti oħra, l-infermier. Għalhekk, filwaqt li l-gvern baqa’ impenjat b’ħidma lejn żvilupp ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ speċifiku għall-paramediċi li jassistu f’dan il kuntest, ġie deċiż ukoll li, ladarba jiggradwaw l-ifermiera ġodda s-sena d-dieħla mill-Università ta’ Malta, in-numru ta’ infermiera assenjati speċifikament fil-kuntest ta’ pre-hopital care, fid-dipartiment tal-emerġenza, ser jiżdied b’tal-anqas infermier f’kull shift mis-sena d-dieħla u b’infemier ieħor f’kull shift hekk kif jiggradwaw l-infermiera fis-sena ta’ wara. Dan qed isir bi ftehim mal-MUMN u għandu jassigura li d-domanda għas-servizz f’dan is-settur tintlaħaq aħjar u b’mod iżjed effettiv.

Il-Ministru Joe Cassar kompla jispjega li, ukoll bi ftehim mal-MUMN, se tkun qed tiġi pubblikata sejħa għall-infermiera bħala Practice Development Nurse fis-settur tal-pre-hospital care. Huwa fakkar li bħal ma diġà jeżistu practice development nurses f’diversi setturi oħra, bħalma huma l-kura palljattiva, il-kura tat-tfal, eċċ., issa nħasset il-ħtieġa li b’impenn lejn l-iżvilupp konkret tas-settur tal-pre-hospital care, bi ftehim mal-MUMN, għandha tiġi pubblikata sejħa għal post simili, speċifikament fil-pre-hospital care.

Issemma wkoll illi f’dan l-istess settur għaddejjin diskussjonijiet u kunsultazzjonijiet mal-partijiet kollha rispettivi sabiex jiġi determinat liema mediċini (drugs) jistgħu jiġu amministrati mill-infermier fuq ambulanzi. Wara li kienu kunsidrati l-implikazzjonijiet medico-legali ta’ prattiċi bħal dawn, il-kwistjoni kienet riżolta fis-sens illi, għal darba oħra wara ftehim mal-Unjin li tirrapreżenta lill-infermiera, ir-rwol tal-infermier fuq ambulanza, mingħajr tabib, jista’ jinkludi li jkunu amministrati mediċini. L-isfida li qed tiġi indirizata f’dan l-istadju issa hija liema tip ta’ mediċini jistgħu jingħataw mill-infermier f’dan il kuntest partikolari ta’ pre-hospital care. M’hemmx dubbju li l-interess tal-pazjent jibqa’ dejjem il-gwida ewlenija f’kull żvillupp u ftehim bħal dan mal-MUMN.

Fl-aħħar nett il-Ministru indika li l-Gvern fehem il-preokkupazzjoni li l-MUMN u l-infermiera membri tagħha għandhom fir-rigward ta’ poloz ta’ assikurazzjoni speċjali għall-infermiera li jaħdmu fil-kuntest ta’ pre-hospital care.  Issemma kif dawk il-professjonisti li jagħtu servizz fil-pre-hospital care fuq l-air ambulance, diġà jgawdu minn assikurazzjoni ta’ din l-għamla.  Il-Ministru spjega kif il-proċess jinsab fi stadju avvanzat sabiex din l-iskema ta’ assikurazzjoni tkun estiża għall-ħaddiema u professjonisti, u allura wkoll għall-infermiera, li jaħdmu fil-pre-hospital care fuq kull forma ta’ ambulanza u mhux fuq l-air ambulances biss.

Il-Ministru Joe Cassar temm jgħid li jittama u jawgura li kif wasalna fuq punti kruċjali oħra, naslu wkoll għal ftehim fil-futur qrib fuq din il-materja wkoll, sabiex b`hekk il-pazjent ikompli jkun moqdi aħjar filwaqt li l-interessi tal-infermiera jkomplu jkunu mħarsa bl-aħjar mod possibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow