STQARRIJA TAL- MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ - Gidba oħra mill-gazzetta tal-Malta Labour Party
Il-gazzetta tal-Malta Labour Party llum ħolqot gidba oħra fi sforz biex tipprova ttappan id-dikjarazzjonijiet pożittivi li saru mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar is-servizzi tas-saħħa f’Malta.
Il-gazzetta tal-Malta Labour Party għażlet li tgħawweġ il-fatti. Anki llum, u quddiem il-barranin, l-oppożizzjoni uriet li mhix kapaci tintrefa ‘l fuq mill-politika partiġġjana. Mhix kapaċi tkun onesta u rrikorriet għal gidba.
Il-media laburista ma attendietx ghall-konferenza tal-WHO li saret f’Malta minkejja li kienet mistiedna, u l-unika rapport li għamlet dwar il-konferenza hu wieħed qarrieqi. Fil-fatt, il-Kullħadd ħadu paragrafu wieħed minn total ta 571 (fid-dokument Health 2020) totalment barra bill kuntest tiegħu.
Il-ġurnal tal-Malta Labour Party niseġ rapport qarrieqi, għaqqad ħaġa ma’ oħra biex jasal fejn irid mingħajr rispett lejn il-verita’, ikkwota barra mill-kuntest lill-Prim Ministru u għawweġ dak li ntqal biex joħloq gidba.
Minkejja li l-Kullħadd qiegħed jipprova jallarma, il-fatti huma li l-ebda’ parti mid-dokument tal-WHO ma jesiġi li xi pajjiz juża jew idaħħal l-abort.
Ir-referenza għal abort tapplika biss għal dawk il-pajjiżi fejn hemm l-abort, u allura din ma tgħoddx għal pajjiżna.
Ir-referenza, li ma tgħoddx għal Malta hi, biex il-gvern ta’ dawk il-pajjiżi fejn hemm l-abort jaraw li dan huwa offrut b’mod sigur biex jitnaqqsu l-imwiet kaġunati minn metodi periklożi.
Il-pożizzjoni ta’ dan il-Gvern kienet, hi u tibqa’ kontra l-abort. Il-kundanna tal-Gvern Malti għall-abort hi bla riservi.
Dalgħodu, qabel ma telqet lura lejn Copenhagen, id-Direttur Reġjonali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Jakab Zsuzanna, nnifisha kkumentat dwar l-iskorrettezza tar-rapport mill-ġurnal tal-Malta Labour Party.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021