SUMMER ADVENTURE PROGRAMME
F’Lulju ta’ 2012 ġie mniedi proġett pilota “Summer Adventure” mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard f’ kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli.
Dan il-proġett huwa parti minn kampanja, li l-Ministeru tas-Saħħa dawn l-aħħar snin b’għajnuna tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas- Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qed jaħdem b’entużjażmu u bla waqfien, biex iżid l-għarfien, dwar stili ta’ ħajja tajba li twassal għal titjieb ta’ saħħa fiżika u mentali. Din il-kampanja qed tingħata l-importanza meħtieġa minħabba li l-obeżità hi l-isfida kurrenti tas-saħħa. Ir-rata ta’ l-obeżità fost it-tfal u l-adulti hija allarmanti. L-obeżità kif ukoll stili ta’ ħajja b’nuqqas ta’ eżerċizzju iwasslu għal problemi ta’ saħħa.
Skont l-Istħarriġ dwar l-Imġieba relatata mas-Saħħa Fost it-Tfal tal-Iskola (HBSC) li sar f'2010 jindika li l-adolexxenti ta' etajiet bejn il-11, it-13 u l-15-il sena għandhom piż żejjed u r-rata żdiedet mill-2006. L-istess data tal-HBSC tal-2010 turina li ż-żieda fir-rata ta' piż żejjed u l-obeżità tidher
aktar evidenti fost is-subien (41.3%) ta' 11 il-sena meta mqabbla mal-bniet tal-istess età (26.3%). Il-persentaġġ baqa' l-istess fl-etajiet fost il-bniet; filwaqt li r-rata tal-piż żejjed fost is-subien niżlet għal 28.2% fost is-subien ta' 15-il sena.
Stil ta' ħajja tajba tinvolvi ikel bnin, u l-prattika ta' eżerċizzju fiżiku regolari u tul il-ħajja. L-attività fiżika tgħin biex jinżamm piż tajjeb. Il-benefiċċju ma huwiex biss fiżiku, iżda ukoll psikoloġiku. Riżultat ta' hekk tiġi mtejba l-awto-stima fost iż-żgħażagħ.
L-Onor. Dr Joe Cassar qal: “Is-Summer Adventure huwa program ta' attivitajiet għal żgħażagħ ta' bejn l-età ta' 13 u 15 il-sena. Dan il-programm ġie maħsub biex irawwem dawn iż-żgħażagħ fi stili ta’ ħajja tajba.”
Huwa kompla, “Intom bħala żagħżagħ għandkom bank b'kont kurrenti ta' enerġija u dawn l-attivitajiet ġew magħżulha biex jagħtukom ideat ta’ kif wieħed jista' isarraf din l-enerġija f' saħħa. Ta' kull ġimgħa ġiet organizzata attività li tirrigwarda l-użanzi u l-kultura tal-ikel. Dawn varjaw minn diskussjonijiet għall-logħob u sessjonijiet ta' tisjir.”
L-attivitajiet kienu varji, kemm fuq l-art, kif ukoll fil-baħar, Kif wkoll attivitajiet li wieħed jista' jaqbad u jagħmilhom waħdu, jew f'forma ta' sport organizzat. Ftit mill-isport li saru kienu canoeing u għawm, climbing, boxing, tang su do, u trekking fost oħrajn.
L-Onor. Dr Joe Cassar għalaq hekk: “Il-Ministeru tagħna, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard flimkien mall-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli jawguraw li intom bħala żgħażagħ tużaw dak li tgħallimtu għall-ħajja tagħkom ta' kuljum, kif wkoll li titħajjru u li tibqgħu tipprattikaw wieħed minn dawn l- attivitajiet li kellkom l-opportunità li tippruvaw matul is-sena kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021