AKTAR INVESTIMENT U INIZJATTIVI FIL-QASAM EDUKATTIV
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina ħabbret li ġew fis-seħħ tlett avviżi legali dwar
• il-Validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali,
• il-Qafas Malti għall-Kwalifiki għal-Tagħlim tul il-Ħajja
• il-Liċenzjar, l-Akkreditament u l-Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.
Barra dawn it-tliet avvizi legali il-Ministru ħabbret ukoll il-merger bejn il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla li ingħaqdu flimkien f’entità ġdida bl-isem “Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (National Commission for Further and Higher Education - NCFHE)”
Il-liġijiet ġodda se jagħtu valur miżjud lill-ħiliet u l-kompetenżi ta’ dawk kollha li jkomplu kull tip ta’ attività ta’ edukazzjoni u taħriġ wara li jtemmu l-iskola obbligatorja. Dan biex kull persuna ssir dejjem aktar kompetitiva fid-dinja tax-xogħol u jkollha kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
L-NCFHE ser twaqqaf strutturi sabiex tassiguraw kwalità dejjem ogħla tat-tagħlim post-sekondarju, terzjarju, universitarju, vokazzjonali u tal-adulti biex b’hekk it-tagħlim offrut ikun rikkonoxxut fuq livell nazzjonali u internazzjonali.
Il-Ministru ħabbret ukoll Qafas Malti tal-Kwalifiki li huwa imsejjes fuq Qafas Ewropej tal-Kwalifiki. Dan ser iwassal għal rikonoxximent internazzjonali ta’ kwlifiki Maltin.
Il-ħidma ta’ din il-Kummissjoni se twassal ukoll ghall-rikonoxximent tal-ħiliet li jakkwista individwu barra mill-istrutturi tat-tagħlim formali fil-forma ta’ validazzjoni u ċertifikazzjoni li jwasslu għal possibiltajiet ta’ aktar taħriġ jew għal xogħol aħjar. B’hekk qeghdin nippremjaw il-parteċipazzjoni attiva ta’ studenti fi ħdan is-soċjeta’.
Il-Ministru rringrazzjat lill-membri kollha tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla u tal-Kunsill Malti tal-Kwalifiki, għal kontribut tagħhom f’dawn l-aħħar snin. Awgurat lill-Kummissjoni il-Ġdida, u filwaqt li rringrazzjat lill-Kap Eżekuttiv Dr. Philip Von Brockdorff għax-xogħol tiegħu u tal-istaff tiegħu, qalet li l-membri l-ġodda tal-Kummissjoni u tal-Kumitati dwar il-Ħiliet Settorali u dwar l-Assikurazzjoni tal-Kwalità ser jitħabru fil-ġimgħat li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021