Left arrow Go Back

AKTAR INVESTIMENT U INIZJATTIVI FIL-QASAM EDUKATTIV

pr2010
Date Icon 14/09/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina ħabbret li ġew fis-seħħ tlett avviżi legali dwar

• il-Validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali,

• il-Qafas Malti għall-Kwalifiki għal-Tagħlim tul il-Ħajja

• il-Liċenzjar, l-Akkreditament  u l-Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla. 

Barra dawn it-tliet avvizi legali il-Ministru ħabbret ukoll il-merger bejn il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki u l-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla li  ingħaqdu flimkien f’entità ġdida bl-isem “Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata  u Ogħla (National Commission for Further and Higher Education - NCFHE)”

Il-liġijiet ġodda se jagħtu valur miżjud lill-ħiliet u l-kompetenżi ta’ dawk kollha li jkomplu kull tip ta’ attività ta’ edukazzjoni u taħriġ wara li jtemmu l-iskola obbligatorja. Dan biex kull persuna ssir dejjem aktar kompetitiva fid-dinja tax-xogħol u jkollha kwalita’ ta’ ħajja aħjar.

L-NCFHE ser twaqqaf strutturi sabiex tassiguraw kwalità dejjem ogħla tat-tagħlim post-sekondarju, terzjarju, universitarju, vokazzjonali u tal-adulti biex b’hekk it-tagħlim offrut ikun rikkonoxxut fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

Il-Ministru ħabbret ukoll Qafas Malti tal-Kwalifiki li huwa imsejjes fuq Qafas Ewropej tal-Kwalifiki. Dan ser iwassal għal rikonoxximent internazzjonali ta’ kwlifiki Maltin.

Il-ħidma ta’ din il-Kummissjoni se twassal ukoll ghall-rikonoxximent  tal-ħiliet li jakkwista individwu barra mill-istrutturi tat-tagħlim formali fil-forma ta’ validazzjoni u ċertifikazzjoni li jwasslu għal possibiltajiet ta’ aktar taħriġ jew għal xogħol aħjar. B’hekk qeghdin nippremjaw il-parteċipazzjoni attiva ta’ studenti fi ħdan is-soċjeta’.

Il-Ministru rringrazzjat lill-membri kollha tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla u tal-Kunsill Malti tal-Kwalifiki, għal kontribut tagħhom f’dawn l-aħħar snin. Awgurat lill-Kummissjoni il-Ġdida, u filwaqt li rringrazzjat lill-Kap Eżekuttiv Dr. Philip Von Brockdorff għax-xogħol tiegħu u tal-istaff tiegħu, qalet li l-membri l-ġodda tal-Kummissjoni u tal-Kumitati dwar il-Ħiliet Settorali u dwar l-Assikurazzjoni tal-Kwalità ser jitħabru fil-ġimgħat li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow