STQARRIJA TAD-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
pr2005
14/09/2012
Maltempati li jseħħu matul dan iż-żmien tas-sena normalment ikunu ta’ ċertu intensità u jistgħu ukoll iseħħu mingħajr preavviż minħabba l-fatt li l-maltemp jista’ jifforma fuq il-gżejjer Maltin f’ħin qasir.
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeg sabiex jieħu l-passi preventivi u prekawzjonali neċessarji billi jevita li jgħaddi minn postijiet li huma magħrufin li fihom jinġema’ l-ilma tax-xita. Importanti wkoll li ma jitħallewx materjal u għamara esposti għall-irjiħat qawwija li jistgħu ukoll jiġu mqanqla minn maltemp ta’ dan it-tip.
Din l-istqarrija għandha sservi bħala informazzjoni għat-tgħarif ġenerali tal-pubbliku.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021