Left arrow Go Back

WHITE PAPER TIPPROPONI ĦATRA TA` KUMMISSARJU PARLAMENTARI BIEX JINFORZA KODIĊI TA’ ETIKA FOST ID-DEPUTATI

pr2004
Date Icon 14/09/2012

Il-Gvern qed jipproponi illi jinħatar Kummissarju Parlamentari sabiex jinforza l-Kodiċi ta` Etika fost il-membri parlamentari.

F’konferenza stampa mogħtija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg, kienu spjegati l-oġġettivi u l-punti prinċipali ta’ din il-white paper.

Membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jibagħtu ilment jekk jidhrilhom li xi deputat ikun kiser il-Kodici ta` Etika fil-konfront tagħhom. Jistgħu jsiru wkoll ilmenti dwar abbuż minn deputat tal-privileġġi paralmentari fil-konfornt ta’ ċittadin privat.

Din il-proposta storika tfisser illi jekk l-abbozz, li għalissa qed jitressaq bħala proposta f`White Paper, jgħaddi, għall-ewwel darba uffiċjal indipendenti jista’ jibda investigazzjoni dwar imġieba mhux xierqa ta’ deputat parlamentari. Dan jista’ jagħmlu jew għax jirċievi ilment jew għax hu spontanjament jibda investigazzjoni.

Dan l-uffiċjal li qed jiġi propost se jissejjaħ Kummissarju Parlamentari dwar l-iStandards u jkun maħtur mill-Parlament b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tad-deputati. B`hekk ikollu s-saħħa politika, morali u legali sabiex jinvestiga bla indħil kull imġieba bi ksur ta’ etika. Hu jkollu d-dritt illi jgħarbel u jissorvelja d-dikjarazzjonijiet finanzjarji li kull deputat huwa obbligat illi jagħmel taħt il-Kodiċi ta’ Etika, u jara li dan l-obbligu qed jiġi osservat.

Il-Kummsisarju Parlamentari jkollu l-istess protezzjoni tal-kariga bħal membru tal-ġudikatura jiġifieri jista’ jitneħħa biss għal raġunijiet gravi u b`maġġoranza ta’ żewġ terzi tad-deputati.

Jekk jirriżulta illi membru kiser il-Kodiċi ta’ Etika, il-Kummissarju jista’ jirrakomanda lill-Kamra illi membru jiġi ammonit severament, jiġi ċensurat jew addirittura sospiż mill-Kamra għal massimu ta’ tletin ġurnata. L-Abbozz li qed jiġi propost fil-White Paper joħloq ukoll is-Servizz Parlamentari li se jkun korp kostitwit b`liġi u presjedut mill-Ispeaker.

B`hekk l-amministrazzjoni tal-Parlament ma tibqax titqies bħala dipartiment tal-Gvern iżda se tibda tgawdi iktar awtonomija finanzjarja amministrattiva u deċiżjonali. Is-Servizz Parlamentari jiġi finanzjat minn Pjan Parlamentari li jiġi mfassal b`ko-ordinazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi.  Fi ħdan dan il-Pjan li jiġi approvat mill-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra u mill-Parlament, ikun hemm iktar flessibiltà għall-Parlament li jaħtar impjegati uffiċjali u konsulenti.  B`hekk tingħata iktar dinjità u saħħa lil-Leġislatura li hija waħda mit-tliet setgħat tal-Istat.

Il-white paper hija miftuħa għal diskussjoni pubblika sal-15 ta’ Ottubru 2012.

pr2004a.pdfpr2004a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow