IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JŻURU L-AĦĦAR PREPARAZZJONIJIET TA’ ROCKESTRA
“Rain or shine we will still rock the house” esprima l-President George Abela waqt li l-bieraħ filgħaxija flimkien mas-Sinjura Abela żaru l-aħħar preparamenti li qed ssiru fl-MFFC fejn nhar is-Sibt 15 ta’ Settembru tkun qed tittella’ Rockestra b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President Abela waqt kumment lill-ġurnalisti preżenti, ħeġġeġ biex min għadu ma bbukkjax il-biljett tiegħu, jagħmel dan minnufih biex ma jkunx hemm diżappunti għal dawk li jħallu għall-aħħar u ma jilħqux biljetti.
Il-Pubbliku li se jattendi huwa mitlub isegwi l-istruzzjonijiet tat-traffiku u għalkemm Rockestra tibda fit-tmienja, il-bibien jinfetħu fis-sebgħa u fis-sebgħa u nofs se jkun hemm dak li msejjaħ “supporting act” biex min se jaħseb kmieni xorta se jkun qed isegwi attività mużikali. L-Arriva se tkun qed toffri lill-pubbliku servizzi specjali, liema informazzjoni tinsab fis-sit rispettiv tagħhom.
Biljetti u aktar informazzjoni dwar Rockestra jinkisbu minn fuq is-sit www.rockestra.org.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021