Left arrow Go Back

LAQGĦA TAL-EUROGROUP U L-ECOFIN B’ENFASI FUQ IL-QAGĦDA EKONOMIKA U BANKARJA FL-UNJONI EWROPEA

pr1990
Date Icon 13/09/2012

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Nikosija, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Tonio Fenech se jkun akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.

Fuq l-aġenda tal-laqgħat li fiha se jipparteċipaw ukoll il-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali se jkun hemm diskussjoni dwar il-proposti marbuta ma’ Unjoni Bankarja u s-settur bankarju b’mod ġenerali, b’mod partikolari dwar ix-xogħol ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Riforma Strutturali tal-Banek (magħruf bħala l-Liikanen Group).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow