Left arrow Mur Lura

KUMPANIJA TAL-INFORMATIKA ŻŻID IL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL U TKOMPLI TINVESTI BL-GĦAJNUNA TAL-ISKEMA JEREMIE MICROCREDIT

pr0265
Date Icon 25/09/2012

“Il-kumpanija 6PM tiġbor fiha bosta elementi li wittew it-triq għas-suċċess tal-ekonomija ta’ pajjiżna – innovazzjoni, flessibbiltà, investiment fil-kwalità tar-riżorsi umani, tiġdid kontinwu, ħidma għal kompetittività akbar, u sforz biex tantiċipa l-bidliet fis-suq aktar milli sempliċiment tirreaġġixxi għalihom.” Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech f’diskors tal-okkażjoni f’ċerimonja li fakkret il-5 sena mil-listing pubbliku tal-kumpanija 6pm.

Il-Ministru Fenech innota kif dan is-suċċess ta’ 6PM u l-fiduċja tal-management fl-ekonomija ta’ pajjiżna qed jissarraf f’ħolqien ta’ impjiegi u l-kumpanija llum tħaddem mal-100 ruħ – żieda ta’ 40 fil-mija fl-aħħar 5 snin biss.

Din il-kumpanija għarfet tagħmel suċċess mill-fondi tal-UE, hekk kif aktar minn 50 persuna tħarrġu permezz tal-assistenza mogħtija mit-Training Aid Framework. 6pm hija wkoll kumpanija li bbenefikat minn skema importanti li l-Gvern daħħal matul din il-leġislatura, l-Jeremie MicroCredit, imħaddma mill-BOV. Filfatt, 6pm ibbenefikat minn soft loan ta’ nofs miljun Ewro biex tiżviluppa suite ġdida ta’ software applications li għadu kif tnieda. 6pm hija waħda minn 350 negozju li gawdew minn 33 miljun Ewro f’loans biex investew aktar minn 54 miljun Ewro.

Il-Ministru Fenech żied jgħid li s-suċċess ta’ din il-kumpanija jirrifletti t-tkabbir li kellna fil-qasam tal-ICT, wieħed mill-pilastri tal-Viżjoni tagħna għas-sena 2015 u lilhinn. Minkejja l-isfidi kbar li rajna fl-aħħar 4 snin, dan is-settur kompla jikber u joħloq opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità. Filwaqt li llum għandna prattikament 1,700 negozju fil-qasam tal-ICT, dan jirrappreżenta żieda ta’ 600 negozju fl-aħħar 4 snin. Flimkien, dawn iħaddmu qrib ta’ 6,500 impjegat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow