KONSULTAZZJONI PUBBLIKA – IMĠIEBA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’PACEVILLE
Dan l-aħħar il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali ħa l-inizjattiva biex jibda jistħarreġ is-sitwazzjoni preżenti f’Paceville. Fil-fatt il-Kumitat iltaqa’ ma’ rappreżentanti li ġejjin minn diversi oqsma fost oħrajn mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u mill-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville, GRTU, MHRA, GASP, mill-Aġenzija Żgħażagħ, mill-Pulizija, mill-Awtorità tat-Turiżmu, mal-Federation of English Language Teaching Organisations Malta, u mad-diriġenti tal-Millennium Chapel. Ir-residenti ta’ Paceville wkoll esprimew ruħhom fuq dan is-suġġett.
Wara li ħa u xtarr il-kummenti ta’ dawn l-għaqdiet u entitajiet pubbliċi, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jixtieq li issa jistieden lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fl-istabbilimenti tad-divertiment f’Paceville, kif ukoll żgħażagħ u persuni oħra li jiffrekwentaw Paceville, biex jiktbu lill-kumitat dwar is-sitwazzjoni preżenti li teżisti f’Paceville. Dawn jistgħu jkunu lmenti jew nuqqasijiet li wieħed isib f’Paceville, kif ukoll suġġerimenti għal Paceville aħjar.
Wara li dan il-proċess ta’ Konsultazzjoni Pubblika jkun iffinalizzat, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għandu joħroġ rapport dwar dak kollu li sema’ bil-għan li tinstab soluzzjoni.
Għaldaqstant il-Kumitat qed jistieden lil kull min hu interessat biex jibgħat ilmenti, kummenti u suġġerimenti permezz ta’ e-mail fuq l-indirizz elettroniku tal-Kumitat. Dawn is-sottomissjonijiet li jistgħu jkunu anonimi wkoll, għandhom jintbagħtu fuq socialaffairs.parliament@parlament.mt.
Jistgħu jintbagħtu wkoll bil-miktub indirizzati kif hawn taħt:
Is-Segretarja
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali
Kamra tad-Deputati
Il-Palazz
Il-Belt Valletta
Stqarrijiet Oħra:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012