Left arrow Go Back

IKOMPLI JIŻDIED IN-NUMRU TA’ OPERAZZJONIJIET LI JSIRU FL-ISPTAR MATER DEI

pr2380
Date Icon 06/12/2011

Ix-xahar ta’ Ottubru ra żieda oħra fin-numru ta’ operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei.  Filfatt matul dan ix-xahar saru total ta’ 3,959 operazzjoni, li jfisser żieda ta’ 375 operazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dan fisser ukoll żieda fil-medja tal-operazzjonijiet li saru kuljum fl-Isptar Mater Dei, li issa telgħu għal 128 operazzjoni kuljum.

Matul Ottubru filfatt saru 3,374 operazzjoni ppjanata u 585 operazzjoni ta’ emerġenza.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Dr. Joe Cassar, irringrazzja lill-professjonisti u t-tmexxija tal-Isptar għal dan ir-riżultat miksub.  Il-Ministru Cassar qal li dan huwa wkoll riżultat ta’ programm dwar użu aktar effettiv tas-swali tal-operazzjonijiet u ż-żieda ta’ żewġ teatri oħra fid-Dipartiment tal-Ortopedija, filwaqt li d-Dipartiment tal-Oftalmoloġija beda jopera għal ħinijiet itwal.  Il-Ministru Cassar qal li żdiedu n-numru ta’ kirurgi barranin li qed jiġu jagħmlu operazzjonijiet speċjalizzati fl-Isptar Mater Dei u dan kompla żied man-numru ta’ operazzjonijiet.

Il-Ministeru jinnota li minn Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Ottubru 2011 diġa` saru 36,489 operazzjoni.   Interessanti l-fatt li n-numru ta’ operazzjonijiet li kienu saru fl-aħħar sena sħiħa tal-Isptar San Luqa, meta kien hemm min qal li m’għandniex bżonn Sptar ieħor, kienu saru 32,764 operazzjoni.

Dan ifisser illi fl-ewwel 9 xhur waħedhom, fl-Isptar Mater Dei diġa` saru 3,725 operazzjoni aktar mill-aħħar 12-il xahar sħaħ tal-Isptar San Luqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

More Press Releases Right arrow