Left arrow Go Back

INVESTIMENT FIT-TISĦIĦ TAL-PRODOTT TURISTIKU U D-DEHRA TA’ PAJJIŻNA

pr2366
Date Icon 02/12/2011

Il-prodott turistiku ta’ pajjiżna huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-istrateġija tal-Gvern għas-settur turistiku. Il-Gvern qed jinvesti fil-prodott turistiku permezz ta’ diversi proġetti kapitali u infrastrutturali fosthom il-proġett tal-ġnien ta’ Pembroke. Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ madwar €2.4 miljun, li jagħmel parti minn proġett akbar tal-MTA, ta’ ’l fuq minn €20 miljun, ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u li minbarra l-ġnien f’Pembroke jipprovdi għal promenade f’San Pawl il-Baħar (investiment ta’ €1.4 miljun) li ġie inawgurat f’Settembru; walking/cycling trail (f’dawn l-inħawi) kif ukoll ir-restawr tat-torri tal-Madliena. Dan filwaqt li beda x-xogħol fuq il-proġett għal bini ta’ akwarju b’investiment ta’ madwar €15.6 miljun (€8.85 miljun ko-finanzjati mill-UE) li se jsir permezz ta’ public-private partnership.

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco waqt żjara fis-sit tal-ġnien ta’ Pembroke, fejn bdew ix-xogħolijiet, qal li dan il-proġett qed isaħħaħ il-prodott turistiku ta’ pajjiżna f’żona li hija importanti ħafna għas-settur. Hu qal li l-investiment fil-prodott, l-aċċessibilità u l-promozzjoni effettiva qed iwasslu biex pajjiżna jkollu riżultati pożittivi. Fakkar li fl-aħħar erba’ snin, pajjiżna kellu tlett snin rekord b’din is-sena wkoll jiġu rreġistrati riżultati pożittivi li jindikaw li hija sena rekord. Mario de Marco qal li s-suċċess fis-settur turistiku jiġġenera attività kummċerċjali li minnha jibbenfikaw l-operaturi turistiċi u n-negozji f’pajjiżna. Din l-attività, tenna Mario de Marco tissarraf ukoll fil-ħolqien ta’ impjiegi f’pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Josef Formosa Gauci qal li dan il-proġett qed jibni fuq diversi proġetti oħra li saru u qed isiru fl-inħawi. Hu semma, fost oħrajn, l-investiment infrastrutturali li qed isir fiż-żona magħrufa bħala ‘Golden Mile’, li jinsab ftit ’il bogħod mill-ġnien ta’ Pembroke u li hu proġett immirat lejn it-titjib tal-aċċessibilità taż-żona. Josef Formosa Gauci qal li l-ġnien ta’ Pembroke se jwassal biex t-turisti li jżuru l-inħawi jgawdi minn pajjiż isbaħ, b’aktar spazji għar-rikreazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

More Press Releases Right arrow