IS-SITT SIĠĠU FIL-PARLAMENT EWROPEW, KISBA IMPORTANTI GĦAL PAJJIŻNA
pr2350
01/12/2011
Il-Gvern jawgura ħidma fejjieda lil Joseph Cuschieri fl-interess ta’ pajjiżna fil-Parlament Ewropew. Il-kisba tas-sitt siġġu hi riżultat tal-ħidma tal-Gvern biex Malta jkollha żieda ta’ membru ieħor f’din l-istituzzjoni Ewropea.
Il-Gvern jinnota l-istqarrija tal-Oppożizzjoni li fiha rrikonoxxiet li s-sitt siġġu għal Malta kienet “kisba għal pajjiżna biex Malta jkollha vuċi aktar qawwija”.
Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti, dejjem kienet li pajjiżna għandu jkollu l-istess ammont ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew daqs il-Lussemburgu, li għandu wkoll sitt siġġijiet. Malta għamlet din il-kisba b’ħidma intensiva u bl-iffirmar tat-Trattat ta’ Lisbona fl-2007. It-Trattat ġie ratifikat mill-Kamra tar-Rappreżentanti fl-2008.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012