Left arrow Mur Lura

SOTTOMESSI TLIET APPLIKAZZJONIJIET MINN KUMPANIJI TAŻ-ŻEJT GĦAL PRODUCTION SHARING CONTRACTS GĦAT-TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT

pr2349
Date Icon 01/12/2011


Illum kienet id-data tal-għeluq ta’ sejħa pubblika li saret f’Awwissu  ta’ din is-sena fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll fuq il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea biex kumpaniji taż-żejt japplikaw għal-liċenzji għat-tiftix taż-żejt fl-ibħra Maltin. Il-Ministeru jinnota b’mod pożittiv li ġew sottomessi tlett applikazzjonijiet minn kumpaniji taż-żejt għal Production Sharing Contracts għat-tiftix taż-żejt.

Dawn l-applikazzjonijiet ser jiġu evalwati fil-ġimgħat li ġejjin minn kumitat li twaqqaf mill-Gvern. Aktar dettalji jingħataw hekk kif jitlesta l-proċess tal-evalwazzjoni minn dan il-kumitat.

Dawn l-applikazzjonijiet huma riżultat ta’ kampanja ta’ promozzjoni li l-Gvern permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi wettaq fuq opportunitajiet għat-tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin. Saru żewġ presentazzjonijiet promozzjonali waħda f’Londra u oħra f’Houston Texas f’Istati Uniti li għalihom attendew diversi kumpaniji taż-żejt. Bosta minn dawn il-kumpaniji żaru Malta fix-xhur li għaddew biex jevalwaw fid-dettall l-informazzjoni li teżisti minn esplorazzjoni li saret u b'hekk ikunu jistgħu jiddeterminaw il-potenzjal ta' ibħra Maltin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

Aktar Stqarrijiet Right arrow