SOTTOMESSI TLIET APPLIKAZZJONIJIET MINN KUMPANIJI TAŻ-ŻEJT GĦAL PRODUCTION SHARING CONTRACTS GĦAT-TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT
Illum kienet id-data tal-għeluq ta’ sejħa pubblika li saret f’Awwissu ta’ din is-sena fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll fuq il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea biex kumpaniji taż-żejt japplikaw għal-liċenzji għat-tiftix taż-żejt fl-ibħra Maltin. Il-Ministeru jinnota b’mod pożittiv li ġew sottomessi tlett applikazzjonijiet minn kumpaniji taż-żejt għal Production Sharing Contracts għat-tiftix taż-żejt.
Dawn l-applikazzjonijiet ser jiġu evalwati fil-ġimgħat li ġejjin minn kumitat li twaqqaf mill-Gvern. Aktar dettalji jingħataw hekk kif jitlesta l-proċess tal-evalwazzjoni minn dan il-kumitat.
Dawn l-applikazzjonijiet huma riżultat ta’ kampanja ta’ promozzjoni li l-Gvern permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi wettaq fuq opportunitajiet għat-tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin. Saru żewġ presentazzjonijiet promozzjonali waħda f’Londra u oħra f’Houston Texas f’Istati Uniti li għalihom attendew diversi kumpaniji taż-żejt. Bosta minn dawn il-kumpaniji żaru Malta fix-xhur li għaddew biex jevalwaw fid-dettall l-informazzjoni li teżisti minn esplorazzjoni li saret u b'hekk ikunu jistgħu jiddeterminaw il-potenzjal ta' ibħra Maltin.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012