STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX DWAR IT-TRIQ TAX-XLENDI
pr2345
01/12/2011
Il-Ministeru għal Għawdex jgħarraf li minn investigazzjonijiet li għamel, il-ħsarat li ġraw fil-bidu tat-triq tax-Xlendi kienu kkawżati minħabba manhole tal-ilma tax-xita li ma kinitx magħluqa tajjeb.
Dan wassal biex l-ilma tax-xita ħareġ minnha u daħal taħt it-triq fejn ikkawża dawn il-ħsarat.
Il-Ministeru għal Għawdex diġà ħa l-passi meħtieġa biex jiġu rranġati dawn il-ħsarat u qed iżomm lill-kuntrattur responsabbli.
Għal kuntrarju ta’ dak li ġara fil-bidu ta’ din it-triq, il-Ministeru jinnota b’sodisfazzjon li l-istorm water culvert li nbena bħala parti minn din it-triq laħaq l-iskop tiegħu minkejja l-volum straordinarju ta’ ilma li niżel.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012