Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

pr2332
Date Icon 30/11/2011

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carm Mifsud Bonnici jirringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-voluntiera u uffiċjali tal-forzi tal-ordni kollha, membri tal-Korp tal-Pulizija, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll ħaddiema ta’ diversi dipartimenti tal-Gvern għall-ħidma li wettqu matul il-jum kollu tal-bieraħ u anke matul il-lejl wara l-maltempata qawwija li laqtet it-tramuntana tal-gżejjer Maltin il-bieraħ. Minkejja li f’ħin relattivament qasir niżlet ammont sostanzjali ta’ xita, bil-ħidma kordinata ta’ dawn kollha kien possibbli li dal-għodu t-toroq jintużaw b’mod normali.

Il-poplu Malti għandu tassew biex ikun grat għas-sens ta’ sagrifiċċju ta’ dawn il-ħaddiema li permezz tal-interventi tagħhom f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali għal pajjiżna evitaw inċidenti li seta’ jkollhom konsegwenzi serji u gravi għall-bniedem.

Il-Ministru jirringrazzja wkoll lill-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-mezzi tax-xandir kollha għar-rwol kruċjali tagħhom sabiex twasslu t-twissijiet neċessarji lill-pubbliku qabel u matul il-maltempata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

More Press Releases Right arrow