Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAS-SETTUR TURISTIKU

pr2329
Date Icon 30/11/2011

In-nefqa tat-turisti fl-ewwel għaxar xhur tas-sena taqbez il-biljun ewro

Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena n-numru ta’ turisti kien ta’ 1,274,251 li jfisser żieda ta’ 70,970 turist (+5.9%) fuq l-istess perjodu fl-2010; li kienet sena rekord kemm fin-numru ta’ turisti li ġew Malta kif ukoll fin-numru ta’ ljieli li qattgħu Malta u fin-nefqa totali tat-turisti.

It-total tal-iljieli li t-turisti qattgħu Malta qabeż l-10.5 miljun, li jfisser żieda ta’ 380,000 lejl fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet. In-nefqa tat-turisti bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena qabżet il-€1.125 biljun li tfisser żieda ta’ aktar minn €89 miljun fuq l-istess perjodu tas-sena 2010. Din in-nefqa li t-turisti jagħmlu f’pajjiżna tiġġenera attività kummerċjali lill-operaturi turistiċi u lil tant negozji oħra li joperaw fl-ekonomija tagħna u tfisser ukoll l-ħolqien ta’ impjiegi f’pajjiżna. Għal darba oħra, pajjiżna kellu riżultati pożittivi fi tlett indikaturi ewlenin tas-settur turistiku.

Dawn ir-riżultati joħorġu mill-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għax-xahar ta’ Ottubru u għall-ewwel għaxar xhur tas-sena. F’Ottubru 2011 n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna kien ta’ 147,708, żieda ta’ 1300 turist fuq Ottubru 2010. L-istatistika maħruġa turi wkoll li n-nefqa tat-turisti f’Ottubru kienet ta’ kważi €127.3 miljun, żieda ta’ aktar minn €7 miljuni fuq Ottubru tas-sena li għaddiet. Matul dan ix-xahar, it-turisti qattgħu aktar minn 1.17 miljun lejl f’pajjiżna li jfisser żieda ta’ 43,964 lejl fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dawn ir-riżultati huma frott l-investiment tal-Gvern fil-prodott turistiku, fit-titjib tal-aċċessibilità u fi promozzjoni effettiva. Il-Gvern qed jinvesti fil-prodott turistiku permezz ta’ proġetti kapitali u infrastrutturali.

Sabiex tiżdied l-aċċessibilità din is-sena ddaħħlu rotot ġodda minn u lejn Nuremberg fil-Ġermanja, Belfast fl-Irlanda ta’ fuq kif ukoll minn u lejn Basel fl-Iżvizzera. Dawn ir-rotot li żdiedu minn 54, fl-2007 għal 75 din is-sena, qed ikunu akkumpanjati minn kampanji pubbliċitarji bħala parti mill-investiment fil-promozzjoni effettiva.

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jinvesti fis-settur turistiku bħala settur ewlieni tal-ekonomija tagħna. Jibqa’ wkoll impenjat li jaħdem mal-MTA u l-istakeholders biex flimkien jibqgħu jġibu riżultati pożittivi għas-settur turistiku u għall-pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

Aktar Stqarrijiet Right arrow