STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DWAR IŻ-ŻJARA F’MALTA TAL-MINISTRU TAL-INTERN AWSTRIJAKA JOHANNA MIKL-LEITNER
Illum fil-Berġa t’Aragona, fil-Belt Valletta, saret laqgħa bejn il-Ministru tal-Intern Awstrijaka, Johanna Mikl-Leitner, u l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici.
F’din il-laqgħa ż-żewġ naħat iddiskutew diversi punti meqjusa ta’ interess komuni bejniethom. B’mod partikolari huma ddiskutew diversi aspetti marbuta mal-immigrazzjoni illegali u mal-ażil. Huma saħqu fuq l-importanza li Stati Membri li għandhom l-istess preokkupazzjonijiet jippreżentaw pożizzjonijiet komuni fid-diskussjonijiet li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Aswtrijaka flimkien mad-delegazzjoni tagħha żaret ukoll l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil (EASO) fejn kellha diskussjonijiet mal-Kap Eżekuttiv, Dr. Robert Visser.
Stqarrijiet Oħra:
PR262012
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...
PR262011