Left arrow Mur Lura

IPPUBLIKATI REGOLAMENTI TAL-2011 LI JEMENDAW IR-REGOLAMENTI DWAR IS-SUQ TAL-GASS PETROLEUM LIKWEFATT

pr2320
Date Icon 29/11/2011

Illum ġew ippublikati regolamenti li jaġġornaw u jemendaw ir-regolamenti prinċipali li jirregolaw id-definizzjoni ta’ min hu s-sid taċ-ċilindru u l-valur tad-depożitu taċ-ċilindru tal-Gass Petroleum Likwefatt (LPG).

Dawn ir-regolamenti jiddefinixxu min hu s-sid taċ-ċilindru tal-GPL. Iġifieri li s-sid hu dak li jkollu fil-pusses tiegħu ċ-ċertifikati ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ ċilindru tal-GPL u li jkun dak li oriġinarjament qiegħed tali ċilindru fis-suq.

Dawn ir-regolamenti jistabilixxu wkoll li l-provdituri awtorizzati għandhom kull sebat ijiem  ireġġgħu lura ċ-ċilindri li jinġabru mingħand il-klijenti aħħarin, lill-provditur awtorizzat li jkun is-sid ta' dawk iċ-ċilindri.

L-Avviż Legali numru 465 tal-2011 ġie ppublikat illum fil-Gazzetta tal-Gvern numru 18,836.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

Aktar Stqarrijiet Right arrow