IPPUBLIKATI REGOLAMENTI TAL-2011 LI JEMENDAW IR-REGOLAMENTI DWAR IS-SUQ TAL-GASS PETROLEUM LIKWEFATT
Illum ġew ippublikati regolamenti li jaġġornaw u jemendaw ir-regolamenti prinċipali li jirregolaw id-definizzjoni ta’ min hu s-sid taċ-ċilindru u l-valur tad-depożitu taċ-ċilindru tal-Gass Petroleum Likwefatt (LPG).
Dawn ir-regolamenti jiddefinixxu min hu s-sid taċ-ċilindru tal-GPL. Iġifieri li s-sid hu dak li jkollu fil-pusses tiegħu ċ-ċertifikati ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ ċilindru tal-GPL u li jkun dak li oriġinarjament qiegħed tali ċilindru fis-suq.
Dawn ir-regolamenti jistabilixxu wkoll li l-provdituri awtorizzati għandhom kull sebat ijiem ireġġgħu lura ċ-ċilindri li jinġabru mingħand il-klijenti aħħarin, lill-provditur awtorizzat li jkun is-sid ta' dawk iċ-ċilindri.
L-Avviż Legali numru 465 tal-2011 ġie ppublikat illum fil-Gazzetta tal-Gvern numru 18,836.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012