AVVIŻ MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
pr2319
29/11/2011
Minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, xita qawwija tista’ tibqa’ nieżla għal xi ħinijiet f’diversi nħawi tal-Gżejjer Maltin. Dan il-maltemp jista’ jibqa’ jippersisti fuq il-pajjiż matul il-lejl ukoll.
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mgħarraf biex dejjem jevita postijiet fejn jingabar kwantità ta’ ilma waqt dawn il-maltempati u s-sewwieqa huma avżati biex isuqu b’kawtela fin-nuqqas ta’ viżibilità. Vetturi ma għandhomx jiġu pparkjati f’żoni fejn jistgħu jinġarru bl-ilma.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012