Left arrow Go Back

ŻIEDA FL-UŻU TAS-SERVIZZI TAL-HANDYMAN

pr2305
Date Icon 28/11/2011

Matul l-2010, it-Taqsima tas-Servizz tal-Handyman, li taqa’ taħt id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, wettqet total ta’ 1,419 biċċa xogħol.  Bejn Jannar u Lulju 2011, l-impjegati wettqu 2,300 biċċa xogħol ġdida.  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onor. Mario Galea meta żar lill-koppja Galea minn Birkirkara li tagħmel użu minn dan is-servizz.

L-Onorevoli Galea tkellem dwar l-impenn tal-Gvern biex ikompli jgħin lill-anzjani jgħixu ħajja aħjar u fakkar li bħalissa d-dinja għaddejja minn ħafna problemi.  Hu rrimarka li diversi pajjiżi Ewropej bħall-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Portugal, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, Spanja u r-Rumanija qed inaqqsu l-pensjonijiet.  Il-Gvern Malti, għall-kuntrarju, qed jagħti għotja ġdida ta’ €300 fis-sena lill-anzjani li għandhom ’il fuq minn 80 sena u li jgħixu fi djarhom b’mod indipendenti. Miżuri oħra f’dan il-budget jinkludu li se terġa’ tingħata żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti  u ħelsien mit-taxxa għall-familjari ta’ anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani privati. Galea fakkar ukoll li fil-budget għas-sena d-dieħla se titneħħa l-VAT fuq is-servizzi ta’ private nursing u home help offruti mis-settur privat lill-anzjani.

Il-Gvern se jkompli għaddej b’iktar investiment għal dawk l-anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-komunità.  Fil-fatt l-Isptar Zammit Clapp se jinbidel f’nursing homeb’112–il sodda u se jissokta x-xogħol ta’ tisbiħ fi swali oħra tar-Residenza San Vincenz de Paul. Is-Segretarju Parlamentari Galea żid ukoll li ġiet identifikata art f’Birkirkara biex tinbena dar tal-anzjani ġdida u se jinfetħu żewġ ċentri ġodda ta’ Matul il-Jum.

Matul iż-żjara s-Segretarju Parlamentari segwa x-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tas-servizz tal-Handyman lil din il-koppja anzjani. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

More Press Releases Right arrow