L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK
PAOLA – FGURA - VITTORIOSA – COSPICUA – SENGLEA – KALKARA
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-ispizerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla mhix ser tkun miftuħa għall-pubbliku b’effett mit-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2011.
Għaldaqstant il-Ministeru jixtieq javża lil dawk il-persuni li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li għandhom il-Kartuna s-Safra, u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-dijabete, u li s’issa għadhom jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u ta’ Bormla, li dan is-servizz ser jiġi sospiż b’effett minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2011.
Id-Dipartiment tal-POYC jappella lil dawk il-pazjenti li għadhom iridu jirreġistraw mal-Iskema tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibli.
Il-Ministeru jixtieq javża wkoll li dawk il-persuni li huma intitolati għall-mediċini l-oħra li jaqgħu taħt il-Kartuna r-Roża, li ser ikunu jistgħu jibdew jiġbru dawn il-mediċini mill-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid.
Il-Formola ta’ Reġistrazzjoni għall-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tinkiseb mill-ispiżerija tal-għażla tal-persuna u li magħha l-persuna tkun tixtieq tkun reġistrata. Il-Formola mimlija għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija flimkien ma’ kopja tal-Karta tal-Identita' u l-Permessi kollha li jintitolawha għal mediċini b’xejn.
Għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża biss il-Formola uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC.
Min jeħtieġ aktar informazzjoni huwa mitlub iċempel il-Client Support Unit tal-POYC fuq in-numru 2248 1800 jew 2210 6350 bejn id-disgħa ta’ filgħodu u t-tlieta ta’ wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262012
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...
PR262011