Left arrow Mur Lura

REĠISTRU ELETTORALI PPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN

pr0779
Date Icon 19/04/2011

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadhom kemm ġew ippublikati r-Reġistru Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kif ukoll ir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ April, 2011.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354), u/jew skont l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap.363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap.467), sad-data tal-għeluq, il-31 ta’ Marzu, 2011, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skont l-artikolu 39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar il-Ġimgħa s-6 ta’ Mejju, 2011, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.

Kull votant reġistrat li:-
1. Jgħid li, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru;

Jista’ wkoll, skont l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar il-Ġimgħa, s-6 ta’ Mejju, 2011.

Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, Kumitati Amministrativi tal-Komunitajiet, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.

Lista tal-persuni kollha reġistrati bħala votanti fir-Reġistru tal-Kunsilli Lokali qed tkun mqegħda fl-Uffiċċji rispettivi tal-Kunsilli Lokali u fl-Għases tal-Pulizija.  Min jixtieq jara r-Reġistru tal-Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Unjoni Ewropea jista’ jarahom fl-Uffiċċju Elettorali.  Ir-Reġistru jkun ukoll għall-bejgħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bħala volumi jew fuq cd.

Ta’ min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi inkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow