Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr0777
Date Icon 18/04/2011

Stqarrija qarrieqa fil-konfront tal-Ministeru għal Għawdex

Il-Ministeru għal Għawdex jirreferi għall-istqarrija li nħarġet mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex l-Onor. Anton Refalo u jirribatti l-allegazzjonijiet infondati li huma intiżi biss biex iħammġu u jagħmlu gwadann politiku qarrieqi.

F’dawn l-aħħar snin f’Għawdex baqgħu għaddejjin proġetti kbar li qegħdin itejbu dejjem aktar il-kwalità tal-ħajja f’Għawdex permezz ta’ żieda u titjib fis-servizzi f’kull qasam soċjo-ekonomiku tal-gżira.

Matul l-aħħar sena fost l-oħrajn infetħet l-iskola sekondarja ġdida tas-subien li qed tagħti servizzi ta’ eċċellenza lil studenti Għawdxin u t-twaqqif ta’ Dipartiment tar-Radjoloġija ġdid li għolla mhux ftit l-istandards u s-servizzi tas-saħħa f’Għawdex. Dan mhux biss għall-benefiċċju tal-Għawdxin iżda għal kull min b’xi mod ikun jinħtieġ dawn is-servizzi f’Għawdex. Dan il-proġett huwa parti minn proġett akbar li jinkludi r-ristrutturar tat-tieni sala tal-operazzjonijiet. Ta’ min ifakkar li xogħlijiet ta’ din in-natura jirrekjedu ppjanar dettaljat li jesiġi li l-funzjonijiet tal-isptar kemm jista’ jkun ma jiġux interrotti biex jitnaqqas l-inkonvenjent kemm għal pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema kollha. Fil-fatt minkejja x-xogħlijiet ta’ ristrutturar estensiv li sar fid-Dipartiment tar-Radjoloġija ttieħdu l-miżuri neċessarji biex dan s-servizz ma ġie mwaqqaf l-anqas għal siegħa waħda biss.

Il-proġetti li tirreferi għalihom l-istqarrija kollha huma proġetti kbar li għamlu jew ser jagħmlu differenza fis-setturi rispettivi tagħhom. Huma proġetti li jinvolvu investiment qawwi f’servizzi, xogħlijiet u provisti li jesiġu li jgħaddu minn proċess ta’ sejħiet għall-offerti li jieħu tul taż-żmien. Minkejja l-attentati malafamanti li kontinwament jagħmel l-Onor. Refalo, fil-proċessi tal-għoti ta’ dawn il-kuntratti qatt ma nstab li saru xi irregolaritajiet minkejja  l-appelli li saru fir-rigward ta’ xi wħud minnhom. Dan kollu jixhed il-mod trasparenti u ġust li bihom jiġu aġġudikati l-offerti marbuta mas-sejħiet għall-offerti relatati ma’ proġetti tal-Ministeru għal Għawdex. Il-fatt li ma ntilef l-ebda finanzjament minn fondi Ewropej jixhed li x-xogħlijiet saru kif meħtieġ matul l-istadji kollha ibda mill-applikazzjoni sal-fażijiet finali li jwasslu biex jintemm il-proġett.

Qatt ma sar investiment daqshekk qawwi f’Għawdex daqs dawn l-aħħar snin. It-toroq li saru u li qed isiru ser ikomplu jsaħħu l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex filwaqt li jżidu s-sigurtà u jtejbu l-aċċess minn tarf sa ieħor tal-gżira.  L-istituti edukattivi li saru fil-gżira Għawdxija qed ikunu strumentali biex ikomplu jiġu mtejba l-kompetenzi tar-riżors uman permezz ta’ korsijiet li jittellgħu f’Għawdex stess. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qed joffri żewġ korsijiet full-time li għalihom qed jattendu 27 student filwaqt li 106 parteċipant ieħor qed jattendu korsijiet part-time. Din il-ġimgħa stess reġgħet ġiet organizzata ġimgħa ta’ attivitajiet li kompliet iżżid l-għarfien dwar l-opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ organizzati f’dan l-Istitut li joffri faċilitajiet eċċellenti. Iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat kompla jiżviluppa f’ċentru ta’ kreattività u innovazzjoni u qed jiġi mmassimizzat l-ispazju kollu biex iservi ta’ ċentru ta’ tagħlim għal matul il-ħajja. Xhieda ta’ dawn huma l-esebizzjonijiet imtellgħa minn dan iċ-ċentru matul is-sena. Fuq kollox l-attendenza ta’ 1,247 parteċipant f’55 kors li għaddejjin bħalissa hija testimonjanza valida u tixhed interess kbir minn naħa tal-parteċipanti li huma lkoll residenti f’Għawdex u jkopru firxa wiesgħa ta’ etajiet.

Dak kollu li sar sa issa jsaħħaħ l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex  ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu li tirriżulta fit-twettieq ta’ aktar proġetti għal Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow