MEDIĊINI KONTRA L-AŻMA U ŻEWĠ TIPI TA’ KANĊER FOST 17-IL MEDIĊINA OĦRA LI QED JORĦSUMEDIĊINI KONTRA L-AŻMA U ŻEWĠ TIPI TA’ KANĊER FOST 17-IL MEDIĊINA OĦRA LI QED JORĦSU
Tilqimiet kontra l-kanċer fl-għonq tal-utru u inhalers għal min ibati bl-ażma huma fost is-17-il mediċina li qed jorħsu b’effett immedjat. Dan ifisser li l-mediċini li roħsu minn Lulju 2010 sa issa, wara l-intervent tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, żdiedu għal 146.
Ir-roħs li qed jitħabbar illum ivarja minn 2 fil-mija sa 27 fil-mija u l-prezzijiet il-ġodda tal-mediċini jirriflettu l-prezzijiet medji tal-istess mediċini fil-pajjiżi Ewropej. Hekk per eżempju, it-tilqima Cervarix (0.5ml suspension for injection in a prefilled syringe), li tittieħed biex tipprevjeni l-kanċer fl-għonq tal-utru, roħsot b’€40.61 jew 27 fil-mija.
L-inhaler Seredite Diskus (500µg/m.d. x 60 m.d) li jintuża minn persuni li jbatu bl-ażma roħos bi €11.03 jew 15 fil-mija. Il-Flixotide Evohaler (125μg/m.d. x 60 m.d.) roħos b’€2 jew 11 fil-mija. It-Tamiflu, li tintuża għall-kura u l-prevenzjoni tal-influwenza, roħsot bejn 12 u 16 fil-mija skont il-pakkett u d-doża.
Minbarra dawn il-mediċini, qed jitħabbar ukoll roħs f’numru ta’ mediċini oħra li jittieħdu biex jitbaxxa l-livell tal-kolesterol fid-demm, għall-kura u l-prevenzjoni tal-osteoporożi, għal irġiel li jkollhom tkabbir fil-prostata, u għal individwi li jkunu f’periklu li jkollhom trombożi minħabba li jkunu se jagħmlu intervent kirurġiku.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said jirringrazzja lir-rappreżentanti kollha fil-Kumitat ta’ Ħidma fuq il-Prezzijiet tal-Mediċini, inkluż dawk tal-ispiżjara, tas-sidien tal-ispiżeriji, tal-importaturi tal-mediċini, kif ukoll dawk tal-manufatturi tal-mediċina, li qed jaħdmu flimkien mal-Gvern u mad-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni biex ikunu jistgħu jinkisbu dawn ir-riżultati.
Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli bil-ħidma biex flimkien mal-importaturi u mal-partijiet kollha kkonċernati jasal biex iraħħas firxa usa’ ta’ mediċini. B’hekk igawdu l-konsumaturi Maltin u Għawdxin.
Il-prezzijiet imraħħsa ta’ dawn il-mediċini ġew stabbiliti permezz tal-mekkaniżmu li ilu jitħaddem għal dawn l-aħħar erba’ snin mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu jkun stabbilit il-prezz medju Ewropew tal-mediċini. Dan ikun ikkalkulat fuq firxa ta’ 12-il pajjiż imqiegħda fi tliet kategoriji differenti skont jekk il-prezzijiet tal-mediċini f’dawk l-istess pajjiżi humiex ikkunsidrati għolja, medji jew baxxi. Il-prezz medju Ewropew jitqabbel mal-prezz attwali f’Malta u mbagħad l-importaturi jintalbu jniżżlu l-prezz tal-istess mediċina f’Malta għal dak il-livell.
Dawn il-prezzijiet japplikaw għal mediċini li l-ispiżeriji jkunu xtraw bil-prezz il-ġdid.
Għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 21446446, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-5.00pm jew inkella jibġħat email f’dan l-indirizz: medicines@gov.mt
Il-lista tal-mediċini bi prezz imraħħas li qed tkun pubblikata llum, it-Tnejn 18 ta’April 2011 hi din:
Mediċina | Pakkett | Il-prezz l-antik (€) | Il-prezz il-ġdid (€) | Roħs (€) |
Cervarix | 1 x 0.5ml dose for injection - 1 prefilled syringe with 0.5ml suspension and 1 needle | 149.45 | 108.84 | -40.61 |
Evista | 60mg film-coated tablets x 28 | 39.90 | 35.90 | -4.00 |
Ezetrol™ | 10mg tablets x 28 | 52.06 | 49.98 | -2.08 |
Flixotide Diskus | 100 μg/m.d. inhaler x 60 m.d. | 17.60 | 15.98 | -1.62 |
Flixotide Evohaler | 125 μg/m.d. inhaler x 60 m.d. | 17.98 | 15.98 | -2.00 |
Lescol® | 40mg capsules x 28 | 33.23 | 27.74 | -5.49 |
Mobic® | 15mg tablets x 30 | 23.76 | 22.00 | -1.76 |
Mobic® | 7.5mg tablets x 30 | 15.54 | 14.38 | -1.16 |
Seretide Diskus | 100 µg/m.d. inhaler x 60 m.d. | 41.00 | 34.80 | -6.20 |
Seretide Diskus | 250 µg/m.d. inhaler x 60 m.d. | 56.14 | 49.50 | -6.64 |
Seretide Diskus | 500 µg/m.d. inhaler x 60 m.d. | 75.82 | 64.79 | -11.03 |
Seretide Evohaler | 25/50 µg/m.d. inhaler | 40.80 | 34.80 | -6.00 |
Tamiflu | 30mg capsules x 10 | 17.90 | 15.12 | -2.78 |
Tamiflu | 45mg capsules x 10 | 34.35 | 30.24 | -4.11 |
Tamiflu | 75mg capsules x 10 | 34.25 | 30.24 | -4.01 |
Xarelto | 10mg film-coated tablets x 10 | 64.48 | 62.91 | -1.57 |
Xatral® XL | 10mg prolonged-release tablets x 30 | 29.19 | 25.68 | -3.51 |
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en