Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U L-ĠUSTIZZJA

pr0768
Date Icon 17/04/2011

IL-MINISTRU CARM MIFSUD BONNICI JORDNA INKJESTA INDIPENDENTI DWAR IL-HARBA U L-MEWT TA’ IMMIGRANT 

Il-Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja Carm Mifsud Bonnici ħatar inkjesta indipendenti that Artikolu 4 tal-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) dwar il-ħarba ta’ 7 immigranti u l-mewt ta’ wieħed minnhom.  Dawn l-immigranti ma kienux persuni li ħarbu ricentement mil-Libja, izda kienu immigranti minghajr status ta’ protezzjoni li kienu ilhom Malta u kienu qed jistennew li jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom.  Huma ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.  
Mis-7 immigranti, tnejn minnhom instabu mill-membri tas-Servizz ta’ Detenzjoni u ttieħdu Lyster Barricks f’Ħal Safi.  Wieħed mit-tnejn, ta' nazzjonalita Nigerjana, ftit wara ttieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li ntilef minn sensih u miet l-Isptar għal ħabta tan-12.30 a.m.
Fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni issejħu wkoll il-Pulizija biex ikunu jistgħu jinvestigaw il-kaz.  Dwar il-mewt tal-immigrant qed issir ukoll inkjesta maġisterjali mill-Magistrat tal ghassa, Dr Tonio Micallef Trigona  Minbarra l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta maġisterjali, l-Ministru tal-Intern u Ġustizzja ordna li ssir ukoll inkjesta indipendenti taht l-Att dwar l-Inkjesti  Dettalji dwar it-termini ta' din l-inkjesta jixxandru aktar tard. It-tfittxija għal 5 persuni mahrubin l-oħra għadha għaddejja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow