STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U L-ĠUSTIZZJA
IL-MINISTRU CARM MIFSUD BONNICI JORDNA INKJESTA INDIPENDENTI DWAR IL-HARBA U L-MEWT TA’ IMMIGRANT
Il-Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja Carm Mifsud Bonnici ħatar inkjesta indipendenti that Artikolu 4 tal-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) dwar il-ħarba ta’ 7 immigranti u l-mewt ta’ wieħed minnhom. Dawn l-immigranti ma kienux persuni li ħarbu ricentement mil-Libja, izda kienu immigranti minghajr status ta’ protezzjoni li kienu ilhom Malta u kienu qed jistennew li jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom. Huma ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.
Mis-7 immigranti, tnejn minnhom instabu mill-membri tas-Servizz ta’ Detenzjoni u ttieħdu Lyster Barricks f’Ħal Safi. Wieħed mit-tnejn, ta' nazzjonalita Nigerjana, ftit wara ttieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li ntilef minn sensih u miet l-Isptar għal ħabta tan-12.30 a.m.
Fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni issejħu wkoll il-Pulizija biex ikunu jistgħu jinvestigaw il-kaz. Dwar il-mewt tal-immigrant qed issir ukoll inkjesta maġisterjali mill-Magistrat tal ghassa, Dr Tonio Micallef Trigona Minbarra l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta maġisterjali, l-Ministru tal-Intern u Ġustizzja ordna li ssir ukoll inkjesta indipendenti taht l-Att dwar l-Inkjesti Dettalji dwar it-termini ta' din l-inkjesta jixxandru aktar tard. It-tfittxija għal 5 persuni mahrubin l-oħra għadha għaddejja.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en