DISKORS MILL-ONOR JASON AZZOPARDI SEGRETARJU PARLAMENTARI GHAL NEGOZJI ZGHAR U ARTIJIET FL-OKKAZJONI TAT-TNEDIJA TAL-PROGETT STRADA STRETTA REHABILITATION AWARENESS PROJECT MILL-FONDAZZJONI SIR TEMI ZAMMIT
Sinjuri,
Nibda billi nesprimi is-sodisfazzjon tieghi li qieghed maghkom illejla, ghal din l-okkazjoni tat-tnedija ta’ inizzjattiva li nammetti li ghandi ghal qalbi hafna. Din l-inizzjattiva tigbor fiha numru ta’ valuri li dan il-Gvern jemmen fihom u jinkoraggixxi, ghalhekk johrog naturali it-tifhir tieghi ghan-nom tal-Gvern.
Dan il-qasam huwa wiehed li l-Gvern fl-ahhar snin ha azzjoni konkreta dwaru, u ghalih qed ihaddem politika cara, biex ninkoraggixxu t-tkabbir u t-tkattir tieghu.
Dawk li nsejjhulhom l-Industriji tal-Kultura u l-Kreattivita (CCI), f’Malta bejn l-2001 u l-2007 ikkontribbwew ghal 4% tal-Prodott Gross Domestiku. Dawn kellhom tkabbir medju ta’ 9%. Fl-2007, kellna 3,600 impriza topera f’dan il-qasam, li ggnereaw medja ta’ €28,000 ghal kull persuna impjegata fil-qasam. 3,000 persuna ohra huma impjegati f’oqsma li huma qrib tal-qasam kreattiv, u li jiddependu intimament minn xulxin. Fost dawn hemm il-manifattura, hwienet u d-distribuzzjoni. Ahna nghidu li l-qasam kreattiv f’Malta ihaddem madwar 7,600 ruh.
Fil-maggor-parti tieghu dan il-qasam huwa maghmul minn negozji Micro, li spiss ikunu jhaddmu sa 5 persuni.
Il-qasam kreattiv joffri opportunitajiet importanti lill-ekonomija Maltija. Fl-impenn tal-Gvern illi jinkoraggixxi dejjem izjed l-investiment fl-industrija li toffri valur mizjud, il-qasam kreattiv, jista jkun centrali f’dan is-sens. Kif rajna, dan il-qasam qed jesperjenza rata ta’ tkabbir inkoragganti, u l-Gvern dan irid ikompli jsahhu ghax isegwi il-linja tal-politika tal-Gvern ghall-Vizjoni 2015.
Il-Gvern jaf li l-operaturi tal-qasam kreattiv jahdmu ahjar meta jkunu f’zoni li huma iddedikati ghalihom u ghal din it-tip ta’ attivita. Il-prossimita fizika tghin lil dawn l-operaturi ghax tiffacilita il-kollaborazzjoni, id-diskussjoni, il-qsim ta’ idejat, u r-rizorsi bejniethom.
In-nuqqas ta’ dawn iz-zoni qed jigi indirizzat b’mod konkret mill-Gvern. Fid-diskors tal-Budget ghal din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi stqarr li progett importanti li ghandu jtejjeb l-accessibbilita ghas-suq, ghall-intrapriza kreattiva hija l-holqien ta’ ‘Creative Clusters’. Ghalhekk ser jigi studjat u analizzat l-izvilupp u s-sostenibbilita ta’ dawn il-‘Creative Clusters’ b’enfasi fuq digital media, performing arts, dizinn, u dan kollu b’sensitittivita ghall-fibra socjali, u l-kuntest storiku tal-postijiet li qed jigu identifikati ghal dan l-ghan.
Fil-Politika Nazzjonali ghall-Kultura, huwa rakkomandat b’sahha, li ir-regenerazzjoni taz-zoni urbani, tkun imsejsa u immexxija minn attivita u intrapriza kulturali u kreattiva.
Ghal dan l-iskop, il-Gvern huwa impenjat li progetti ta’ rigenerazzjoni socjali u urbana, ikunu innovattivi u kulturali, filwaqt li tinzamm il-mira li jigu massimizzati l-vantaggi socjali, kulturali u ekonomici ghar-residenti tal-komunitajiet effetwati.
L-istorja u l-valuri, l-interessi kulturali u l-attiviatjiet tal-persuni li jghixu f’dawn iz-zoni ghandhom jigu rikonoxxuti bhala l-elementi li jixprunaw il-formazzjoni u l-izvilupp ta’ dawn il-progetti. Lil ghinn minn hekk, il-Gvern f’Novembru tas-sena li ghaddiet, habbar incentiv gdid ghall-industrija kreattiva li tahdem fuq bazi ta’ incentivi fiskali maghrufa bhala ‘Create’. Din l-inizzjattiva tidentifika lista ta’ zoni li l-Gvern qed jiddedika proprju ghal dan l-ghan. Fosthom ghandna Strada Stretta li ninsabu fiha illum, izda mhux biss: Hemm ohrajn il-Belt stess, ir-Rabat, Ghawdex, u l-Birgu.
L-operat minn danw iz-zoni huwa imheggeg billi l-intraprizi li jahdmu minnhom jircievu, grazzi ghall-inizzjattiva ‘Create’, incentivi fiskali importanti, li jghinuhom jinvestu, fil-prodott taghhom, u b’hekk joholqu izjed xoghol. Dan kollu jizzewweg sewwa, mal-pjan ta’ Malta li torganizza il-“European Capital of Culture fl-2018”, biex inkunu imhejjija tajjeb, b’infrastruttura kulturali b’sahhitha.
Ghalhekk johrog naturali li nsellem l-impenn li l-Fondazzjoni Temi Zammit wriet fl-ahhar xhur biex dan il-progett pilota, dan l-istudju li qed inniedu illum ikun jista jimmaterjalizza u jkun success. Id-Dipartiment tal-Artijiet huwa involut direttament f’dan il-process. Dan l-istudju illum qed isehh f’zewg proprjetajiet li gew identifikati u tpoggew ghad-dispozizzjoni tal-Fondazzjoni Temi Zammit biex minnhom jitmexxew dawn l-attivitajiet kulturali li ser naraw mil-lejla.
In-numri 74 u 111 ta’ Strada Stretta li bejniethom ikopru madwar 870 metru kwadru ta’ spazju fuq erbgha sulari, illum ser iqumu mill-gdid, u jergghu jesperjenzaw l-attivita hajja. L-inizjattiva li dahlet ghaliha il-Fondazzjoni Temi Zammit ser terga tixghel din it-triq ghal darb’ohra, u taghti hajja gdida lill-qalb storika tal-Belt.
Illum ghalhekk qed niccelebraw numru ta’ valuri li jixprunaw il-politika ta’ dan il-Gvern. Qed niccelebraw l-arti, il-kultura u l-kreattivita li irridu naraw jikbru u jitkattru. Qed niccelebraw l-uzu sostenibbli tar-rizorsa tal-proprjeta pubblika, f’impenn li din nuzawha dejjem bl-aqwa mod. Qed niccelebraw ukoll l-intrpriza, bil-generazzjoni ta’ attivita hajja, u fuq kollox qed niccelebraw il-valur tax-xoghol: li huwa c-centru u l-qafas tal-politika ta’ dan il-Gvern.
Ghalhekk intenni l-awgurju tieghi lill-Fondazzjoni Temi Zammit li dahlet ghal dan il-progett ambizzjuz u ta’ dehen, lill-kontributuri kollha li ser jiehdu sehem attiv f’din l-inizzjattiva, u ‘l dawk kollha li ser izuru din it-triq f’dawn il-jiem, u b’hekk jaghmlu dan il-progett success.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en