STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Onor. Joe Sammut
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota li l-Onor. Sammut ma jafx x’inhu għaddej biex ikun hemm aktar protezzjoni għal-laneċ tas-sajjieda f’Marsaxlokk. Il-Ministeru applika mal-MEPA sabiex isewwi l-breakwater eżistenti filwaqt li jestendih b’madwar 100 metru.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali matul l-aħħar xhur wettaq numru ta’ studji (Wave Climate Study) minn esperti barranin. Wara li saru dawn l-istudji ddaħlet il-MEPA proposta oħra biex isir bini ta’ breakwater ieħor fuq in-naħa ta’ San Luċjan biex jagħti aktar protezzjoni għall-port ta’ fejn jorbtu s-sajjieda. Ma’ din l-applikazzjoni ddaħħal ukoll il-project description statement, u l-MEPA qed tevalwa dan id-dokument biex tara jekk hemmx bżonn aktar studji qabel ma jinħareġ il-permess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en