STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Korrezzjoni għall-interpretazzjoni ħazina li tat l-Orizzont dwar ħlasijiet pendenti ta’ kumpaniji Maltin li jesportaw lejn il-Libja
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-artiklu “€90m miljun imdendlin”, ippubblikat illum fuq il-ġurnal l-Orizzont, li fih jintqal li hemm “xejn inqas minn 228 kumpanija u negozji Maltin li bejniethom għandhom jieħdu fi ħlasijiet pendenti kważi €90 miljun”.
Dan mhux korrett. L-informazzjoni mogħtija fi tweġiba parlamentari nru 24987 turi l-ammont globali tal-valur iddikjarat mill-kumpaniji f’pajjiżna lejn il-Libja. Fl-2010, dan kien jammonta għal kważi €90m. Għaldaqstant dan mhux relatat mal-ammont ta’ ħlasijiet li huma pendenti, anzi, fil-maġġoranza tal-każi, l-esportazzjoni ssir wara li l-kumpaniji jkunu tħallsu tax-xogħol li se jibagħtu.
Filfatt, il-Gvern beda jikkordina din il-ħidma ċentralizzata immedjatament mal-bidu tal-kriżi, b’mod li jistabbilixxi kuntatt ma’ dawk il-kumpaniji Maltin li jesportaw lejn il-Libja jew li joperaw direttament f’dan il-pajjiż.
Eżempju konkret ta’ din l-għajnuna huwa li fejn dawn il-kumpaniji ma jistgħux jiġbru ammonti sostanzjali dovuti lilhom, u għalhekk jinsabu f’xi diffikultajiet biex iħallsu t-taxxa minħabba problemi ta’ cash flow, il-Malta Enterprise qed tikkordina mal-awtoritajiet tat-taxxa Maltin għall-rescheduling ta’ dawn l-istess ħlasijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en