Left arrow Mur Lura

30 ŻIEMEL MINN MALTA GĦAT-TIENI EDIZZJONI TAL-GOZO EQUINE CUP BIL-FINALI FL-1 TA’ MEJJU

pr0743
Date Icon 14/04/2011

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u l-Gozo Horse Racing Assocation, għat-tieni sena konsekuttiva, qed jorganizzaw il-Gozo Equine Cup. L-edizzjoni tal-2011 se ssir fuq jumejn. Il-Ħadd 17 ta’ April isiru l-heats filwaqt li l-finali jsiru l-Ħadd l-1 ta’ Mejju. Iż-żewġ meetings jibdew fis-2pm. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena kienu reġistrati 70 żiemel fosthom 30 minn Malta.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Chris Said u mis-Segretarju tal-Gozo Horse Racing Association John Cefai.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li t-tieni edizzjoni tal-Gozo Equine Cup tikkonferma l-impenn tas-Segretarjat tiegħu u tal-Gozo Horse Racing Association biex din il-kompetizzjoni tissaħħaħ u ssir appuntament annwali fil-kalendarju sportiv lokali.

Dan jidher mill-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ żwiemel u ġerrejja minn Malta li diġà kkonfermaw li se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li t-turiżmu sportiv huwa ferm importanti għal Għawdex u kompla li bil-faċilitajiet li għandna llum dan sar niċċa li għandha tiġi sfruttata aktar.  Huwa faħħar lil Gozo Horse Racing Association għax-xogħol li qed tagħmel f’dan ir-rigward u wiegħed l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin lil dan l-isport, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Chris Said qal li l-iskop tal-Gozo Equine Cup 2011 huwa wkoll li jgħin lit-turiżmu intern f’Għawdex fix-xhur meqjusa dgħajfa għat-turiżmu u hekk mhux biss tkun qed tingħata spinta lill-ekonomija Għawdxija iżda wkoll ikun qed isir pass ieħor biex Għawdex ma jibqax destinazzjoni turistika tas-sajf biss.  F’dan il-kuntest hu ġab l-eżempju tal-Gozo Cup 2011, kompetizzjoni tal-football li kienet organizzata fil-ġimgħat li għaddew bi sħab mal-Gozo Football Association, u li wasslet biex aktar Maltin qasmu lejn Għawdex, biex ħafna mil-lukandi kellhom bookings tajbin ħafna għal dan iż-żmien tas-sena, u biex id-dilettanti tal-futbol f’Għawdex setgħu jaraw l-aqwa klabbs tal-futbol Malti jilagħbu fil-gżira Għawdxija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow