Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT IŻUR IL-KULLEĠĠ MARIA REĠINA

pr0742
Date Icon 14/04/2011

“L-attivitajiet extra kurrikulari li jmorru lilhinn mill-istudji akkademiċi jservu biex niskopru talenti u nibnu qafas ta’ soċjetà kreattiva”. Dan qalu l-President George Abela meta dalgħodu beda jżur l-iskejjel tal-Kulleġġ Maria Reġina, liema żjara tkompli nhar it-Tlieta 19 ta’ April u t-Tlieta 10 ta’ Mejju.

Il-President George Abela stqarr li kien privileġġ għalih iżur l-iskola l-ġdida tas-Sekondarja fil-Mosta, fl-inħawi taż-Żokrija. Hawnhekk assista għal attivitajiet extra-kurrikulari u ħeġġeġ lill-edukaturi sabiex ikunu infurmati dwar il-Premju tal-President għall-Kreattività.  Permezz ta’ dan il-Premju l-edukaturi jkunu jistgħu jmexxu ’l quddiem studenti li għandhom talent li jistħoqqlu jkun indukrat. Il-President żied jgħid ukoll li l-ikbar rikezza li hawn f’din l-iskola huma l-isudenti, l-għalliema u l-ġenituri li flimkien qegħdin jaħdmu sabiex joħolqu soċjetà b’futur sabiħ. Il-President George Abela kompla ż-żjara tiegħu fl-iskejjel Primarji A u B fil-Mosta fejn l-istudenti ppreparaw programmi ta’ attivitajiet varji li jinkludu preżentazzjonijiet, reċti, mużika u qari ta’ poeżija sabiex ilkoll jagħtu merħba lill-Kap tal-Istat.

Iż-żjara tal-President Abela ntemmet fl-iskola Dun Manwel Attard, Young Adult Educators Research Centre fil-Wardija, li tilqa’ madwar 70 student b’diżabilità u ta’ età li tibda minn sittax-il sena sa għoxrin. Il-President George Abela kien mistieden jiltaqa’ mal-istudenti fil-Vocational Area fejn kienu qed jitħarrġu sabiex jakkwistaw għodod bażiċi li jgħinhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol f’ambjent. Żar ukoll wirja tal-Ġimgħa l-Kbira li tittella’ kull sena f’din is-sena mill-istess studenti. Il-President fl-aħħar ta’ din iż-żjara rringrazzja lill-għalliema tad-dedikazzjoni tagħhom u qal li l-Malta Community Chest Fund qiegħda hemm sabiex anke f’każijiet bħal dawn tgħin kif tista’.

Waqt din iż-żjara l-President kien akkumpanjat mill-Prinċipal tal-Kulleġġ is-Sur Mario Testa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow