STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-interess tal-pazjenti għandu jibqa’ jiġi l-ewwel u qabel kollox
Id-direttivi tal-MUMN fl-aħħar mill-aħħar se jolqtu ħażin u jweġġgħu lill-pazjenti. Il-pazjenti se jintlaqtu mill-azzjonijiet mingħajr ma għandhom tort. L-azzjonijiet se jkollhom ukoll effett fuq il-proċess li beda ta’ titjib fil-management tas-sodod fl-Isptar Mater Dei.
Hija tal-mistħija kif fl-istqarrija tiegħu l-President tal-MUMN Paul Pace iddikjara li hu “kostrett” jieħu azzjoni industrijali fil-konfront tal-Isptar Mater Dei, meta jaf tajjeb li l-management tal-istess Sptar qed iżid il-ħidma tiegħu biex ikun hemm management aħjar tas-sodod.
Għalhekk il-Ministeru tas-Saħħa jħeġġeġ biex minflok bi stqarrijiet u theddid ta’ azzjonijiet kontra l-pazjenti, il-MUMN tpoġġi madwar mejda u tressaq il-proposti tagħha.
Filwaqt li l-Ministeru jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li ta’ kuljum jagħtu għajnuna u kura lil mijiet ta’ nies li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ saħħa jew imorru għall-visti fl-isptarijiet, ċentri tas-saħħa jew bereġ, jappella lill-MUMN biex ma toħloqx inkonvenjent bl-azzjonijiet inutli tagħha li bihom ibatu nies vulnerabbli li quddiem l-azzjonijiet tal-MUMN ma jistgħux jiddefendu rwieħhom.
Il-Ministeru għal darb’oħra jerġa’ jappella u jistieden lill-membri tal-MUMN jiġbdu ħabel wieħed fl-interess tal-pazjenti.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en