MALTA TKOMPLI BL-OFFERTA TAGĦHA LI PAJJIŻNA JINTUŻA BĦALA BAŻI UMANITARJA FIL-KRIŻI TAL-LIBJA
Il-Viċi Prim Ministru Malti Dr Tonio Borg f'laqgħa fil-Qatar, saħaq li Malta lesta tkompli tkun ta' fus bħala bażi umanitarja fil-kriżi tal-Libja. F'intervent li għamel matul laqgħa tal-contact group li qed jaħdem fuq il-kriżi fil-Libja, l-Viċi Prim Ministru Malti spjega li ntbagħtet assistenza umanitarja permezz ta' vapuri lejn Misurata fil-Libja.
Għal din il-laqgħa attendew is-sitt pajjiżi l-kbar tal-Unjoni Ewropea, (Ġermanja, Franza, Italja, Renju Unit, Polonja, Spanja) kif ukoll Malta u l-Greċja. Kien hemm ukoll preżenti rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana, Organisation of the Islamic Conference, Lega Għarbija, UAE, Marokk, Qatar u Kuwait.
Il-laqgħa li jmiss ta' dan il-contact group se ssir f'Ruma fit-2 ta' Mejju. Dan il-grupp beda jitlaqqa' wara deċizjoni li ttieħdet waqt laqgħa f'Londra ġimagħtejn ilu. Illum kien l-ewwel darba li l-Unjoni Afrikana ħadet sehem fil-contact group.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg filwaqt li reġa' appella għall-waqfien mill-ġlied b'mod immedjat, saħaq li ceasefire għandu jinkludi li t-truppi tal-Gvern Libjan jirtiraw mill-pożizzjonijiet tagħhom u jirtiraw mill-villaġġi li qed jokkupaw. Is-ceasefire m'għandux ikun status quo imma għandu jġib miegħu tibdil fil-pożizzjoni tal-Gvern Libjan.
Il-Ministru Borg huwa mistenni lura Malta għada.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en