BIX-XOGĦOL NINVESTU F’SOĊJETÀ B’SAĦĦITHA, GĦALIK - IT-TIELET SENA ĦIDMA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
Fl-aħħar sena, inħolqu aktar minn 1000 post tax-xogħol ġdid permezz tar-riforma tat-trasport biss. Dan wara li tul l-aħħar sena tkompliet ir-riforma u l-liberalizazzjoni tal-oqsma kollha tat-trasport. Jonqos biss li jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda tal-karozzini.
Ir-Riforma tat-Trasport Pubbliku hija biss qasam wieħed mill-ħidma tal-Ministeru li ħoloq ix-xogħol.
Tul dawn l-aħħar snin:
• Tkompliet titwettaq r-Riforma tat-Trasport. Din tinkludi l-karozzi tal-mejtin, il-vannijiet il-ħomor, il-coaches, l-open-top buses, it-taxis, l-electric taxis, t-trackless trains, il-karozzi tal-linja u wasalna fl-aħħar fażi għar-riforma tal-karozzini.
• Kien iffirmat kuntratt t’għaxar snin mal-Arriva, il-kumpanija li se twettaq ir-riforma tat-trasport pubbliku permezz tal-karozzi tal-linja. Din il-kumpanija se tħaddem 920 persuna.
• Beda x-xogħol infrastruttrali tat-tliet vendi prinċipali, fuq l-interchanges, it-tliet siti għall-Park&Ride u xogħol fuq il-miżuri ta’ prijorità bi tħejjija għas-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku.
• Kompla x-xogħol fuq il-proġett ta’ Bieb il-Belt, li jinkludi Daħla ġdida, Parlament u spazju miftuħ għat-teatru jew performances oħra.
• Beda l-proġett tal-lift tal-Barrakka.
• Beda l-proġett tal-Baċir Numru Wieħed.
• Twettaq il-proġett ta’ Boiler Wharf. Illum il-Moll tal-Isla jilqa’ fih ukoll cruise liners.
• Kompla x-xogħol fuq il-Breakwater ta’ Marsaxlokk.
• Kollox lest biex jibda’ r-restawr tal-Forti Sant’Iermu.
• Saret il-Bypass ta’ M’Scala.
• Saret Triq Valletta fiż-Żurrieq.
• Tkompla x-xogħol ta’ pavimentar fiċ-ċentru tal-Belt.
• Tkompla x-xogħol fuq it-toroq residenzjali, u sar il-patching ta’ diversi link roads.
• Beda x-xogħol fuq 4 toroq oħra arterjali f’Malta u waħda f’Għawdex, bħala parti mill-proġetti tat-TEN-T. Dawn huma Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa, Triq Garibaldi fil-Marsa, Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa, Triq il-Marfa fil-Mellieħa u t-Triq minn Tal-Ħniena sar-Rabat, Għawdex.
• Tkompla x-xogħol fuq it-toroq residenzjali, sar il-patching ta’ diversi link roads u issa kollox jinsab lest biex jibda x-xogħol fuq 4 toroq arterjali oħra.
• Twaqqaf ir-Reġistru tal-Avjazzjoni u fi ftit xhur diġà għandna ’l fuq minn 80 ajruplan privat reġistrat fih.
• Kompla jikber ir-reġistru Marittimu Malti.
• Infetaħ l-ewwel bini ta’ Smartcity Malta li fih se jibda jilqa’ kumpaniji internazzjonali tat-teknoloġija.
• Tqassmu ’l fuq minn 4000 kompjuter lil NGOs u lill-familji fil-bżonn.
• Kien installat il-WiFi f’postijiet pubbliċi li jinkludu skejjel, libreriji, Kunsilli Lokali, pjazez f’kull Belt jew raħal, u anke fil-ġonna.
• Saret it-tieni ġenerazzjoni tal-passaporti bijometriċi.
• Tkompla t-taħriġ b’xejn biex aktar persuni jkollhom idea ta’ kif jaħdmu bil-kompjuter. Il-korsijiet huma mogħtija mill-MCA bl-iskema ICT4all.
• Beda jiffunzjona s-sit elettroniku Trolleymania.com. Dan is-sit hu ħanut online u li permezz tiegħu aktar intrapriżi żgħar jistgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom.
Dawn il-proġetti kollha jfissru aktar postijiet tax-xogħol, aktar xogħol għall-kuntratturi Maltin u pagi fil-bwiet tal-familji Maltin.
Dan barra s-sistemi l-ġodda u l-korsijiet il-ġodda f’diversi oqsma, bħalma huma t-teknoloġija u l-avjazzjoni li qed iħejju l-istudenti tagħna għall-postijiet tax-xogħol tal-kwalità.
Ix-xogħol ma toħolqux billi tkun xettiku, toqgħod toħloq id-dubju fuq kull proġett, u tifrex tama superfiċjali. Ix-xogħol ma toħolqux bix-xettiċiżmu, u bil-kritika distruttiva. Ix-xogħol toħolqu b’viżjoni ċara u fit-tul meta tkun fil-Gvern.
Il-poplu tagħna jaf li b’dan il-Gvern jista’ jserraħ moħħu li l-ħolqien tax-xogħol hu prijorità għax dejjem tajna r-riżultati. U r-riżultati ma ġewx billi daħħalna eluf ta’ Maltin mal-Gvern – anzi dawk tnaqqsu drastikament. Ix-xogħol ġie, u l-oppotunitajiet jibqgħu jinħolqu biss għax dan il-Gvern jaf jagħraf is-sinjali taż-żminijiet u jifhem ix-xejriet li qed jieħu l-business u d-dinja ta’ għada. Mhux hekk biss imma waqt ir-riċessjoni li għaddiet minnha d-dinja kollha, l-Gvern Malti għen kemm seta’ lill-kumpaniji l-kbar, li jħaddmu ħafna Maltin magħhom biex isostnu ruħhom u jibqgħu bl-operat tagħhom f’pajjiżna. Dan hu l-għaqal ta’ dan il-Gvern.
Lit-tfal u ż-żgħażagħ qed intuhom xogħol fl-avjazzjoni, fis-servizzi finanzjarji, fl-e-gaming, fl-informatika, lista twila ta’ impjiegi ġodda li nħolqu tul dawn l-aħħar 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista.
Biex toħloq ix-xogħol irid ikollok viżjoni, tieħu deċiżjonijiet kultant iebsa u xxammar il-kmiem.
Dan il-Gvern qed jagħti r-riżultati.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en
pr0727.pdf