Left arrow Mur Lura

​GĦAJNUNA MEDIKA LILL-IMMIGRANTI

pr0725
Date Icon 12/04/2011

Dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta, f’azzjoni umanitarja, salvat minn ħalq il-mewt 116-il persuna li kienu bejn sema u ilma u li telqu mill-Libja.  

Mal-wasla tagħhom f’Malta f’Xatt it-Tiben, kompliet l-azzjoni umanitarja fejn ġew 18-il mara; erbat itfal fosthom tlett itrabi u 94 raġel ġew eżamintati minn tobba u infermiera tal-kura primarja u tal-Isptar Mater Dei.

Tfalja li ddaħħlet abbord ġiet dikjarata mejta filwaqt li disgħa ddaħħlu l-Isptar Mater Dei biex jingħataw kura medika aktar avvanzata ħalli jirkupraw saħħithom minħabba s-sitwazzjoni li kienu jinsabu fiha riżultat tal-vjaġġ li għamlu.

Id-disa’ persuni – żewġ nisa u sebat irġiel - li ddaħlu l-Isptar Mater Dei kienu qed isofru minn “dehydration” qawwija u għeja kbira.  Huma komplew jingħataw il-kura meħtieġa, wara li kienu diġà bdew jiġu trattamenti medikament f’Xatt it-Tiben.  Il-kundizzjoni tagħhom issa qalbet għall-aħjar u mistennija li jiġu rilaxxati fis-sigħat li ġejjin.

Il-Ministeru jirringrazzja lil dawk kollha involuti f’din l-operazzjoni umanitarja, li permezz tagħha persuni li kienu f’riskju għal ħajjithom ġew salvati u min kellu bżonn kura medika ngħatatlu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow