Left arrow Mur Lura

BIX-XOGĦOL NINVESTU F’SOĊJETÀ B’SAĦĦITHA

pr0720
Date Icon 11/04/2011

“Matul din l-aħħar sena komplejna bix-xogħol tagħna f’ħafna proġetti sabiex inkomplu ninvestu f’soċjetà b’saħħitha.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea waqt il-preżentazzjoni tar-rapport tat-Tielet Sena Ħidma.

Is-Segretarju Parlamentari irringrazzja l-ħaddiema u l-professjonisti kollha li ħadmu bla heda biex żewgt iswali fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech jiġu refurbished  fi żmien qasir. B’hekk dan l-isptar żied l-kapacità tiegħu għal 215 sodda. Mario Galea tenna li fl-aħħar sena l-geriatricians għamlu 1,780 konsulta fl-Isptar Mater Dei waqt li 1,300 persuna ġew trasferiti għall-kura tar-rijabilitazzjoni.

Mario Galea, stqarr li l-professjonisti fil-qasam tal-anzjani komplew bil-ħidma tagħhom biex ikomplu jtejbu s-servizzi offruti lill-anzjani tagħna, kemm fir-Residenza San Vinċenz de Paule ufid-Djar tal-Anzjani. Infetħet ukoll il-Blokk Ġwanni Pawlu II fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Din hi binja mill-isbaħ li fiha erba’ swali li huma dementia friendly, bi professjonisti mħarrġa apposta mill-University of Sterling. Dan barra li tkompla r-refurbishing f’San Vinċenz de Paule. Sar ukoll investiment fil-komunità permezz tas-servizzi offruti, kif ukoll ġie introdott l-proġett pilota bil-ftuħ ta’ Night Shelter fiż-Żejtun, u ftit xhur wara Night Shelter ieħor fil-Mellieħa.  Bħalissa hemm 1,400 anzjan li jattendu fis-sbatax-il Day Centre u qed jiġi diskuss l-ftuħ ta’ Day Centres oħra ma diversi Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità kompla jgħid li beda’ proġett pilota ta’ Outreach fil-komunità, magħmul mit-tim multidixxiplinarju biex sa fejn hu possibbli, l-anzjani jiġu mħeġġa jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Saru żviluppi wkoll fil-qasam tas-saħħa mentali u  s-servizzi tagħna komplew jinfirxu madwar il-komunità. Tant li sal-lum, is-servizzi fil-komunità jinsabu fi kważi 40 lokalità f’Malta, permezz ta’ 130 professjonist. “Permezz ta’ dawn is-servizzi qegħdin inkunu viċin dawk li verament għandhom bżonn l-għajnuna tagħna,” sostna l-Onor. Mario Galwa.

Biex sa fejn hu possibli jiġu evitati każi ta’ suwiċidju u nirrispondu għall-emerġenzi oħra ta’ saħħa mentali diffiċli, ġie ntrodott għall-ewwel darba f’pajjizna Crisis Intervention Service li ġie allokkat fid-Dipartiment tal-Emerġenza. L-Onor. Mario Galea saħaq li s’issa diġà kien hemm 104 pazjenti screened, 64 pazjent irċivew it-trattament meħtieġ, kien hemm 130 follow up u 355 intervent bit-telefon.

“L-għan aħħari tagħna jibqa’ li nkomplu ninvestu f’min hu fil-bżonn, f’kull min hu vulnerabbli, f’kull min għandu bżonn l-għajnuna tagħna, anki jekk mhux kapaċi jfittixha hu.

“Il-mibki Papa Ġwanni Pawlu II kien qal hekk fuq il-ħajja ‘Is-snin jgħaddu malajr, iżda l-ħajja, minkejja l-isforzi u t-tbatija li ġġib magħha, hija prezzjuża u sabiħa wisq għalina biex xi darba nixbgħu minnha’. Għalina bħala Gvern, din il-kwotazzjoni mhux biss tispirana, iżda rridu nkomplu nsarrfuha f’hidma politika,” ikkonkluda Segretarju Parlamentari l-Onor. Mario Galea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow