TAPPA F’GĦAWDEX GĦAĊ-ĊIKLISTI TAL-BETFAIR TOUR TA’ MALTA
F’Għawdex inżammet it-tielet tappa tal-Betfair Tour ta’ Malta, li sar fuq iċ-ċirkwit fil-limiti magħrufa bħala ta’ Xħajma fin-Nadur, Għawdex. Iċ-ċirkwit ta’ Għawdex reġa’ ġie nkluż għat-tieni sena konsekuttiva fit-Tour ta’ Malta organizzat mill-Malta Cycling Federation, wara li kien inqata’ għal xi snin.
L-attività bdiet mill-Imġarr minn fejn iċ-ċiklisti telqu bir-roti tagħhom wara l-wasla tagħhom f’Għawdex. Minkejja r-riħ li kien ikkunsidrat xi ftit qawwi, it-temp iffavorixxa l-andament tat-tlielaq li ħadu ftit aktar minn tliet sigħat.
l-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex attenda ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għan-nom tal-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll is-Sur Joe Bajada, rappreżentant tal-Kunsill Malti għall-iSport f’Għawdex flimkien mas-Sur John Zammit, iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv, u Antonia Vella Gatt, Miss Betfair Tour ta’ Malta 2011.
Minbarra li kienet attrazzjoni sportiva mhux tas-soltu, it-tappa li nżammet f’Għawdex serviet ukoll bħala promozzjoni tal-gżira kemm maċ-ċiklisti barranin kif ukoll mal-uffiċjali u familjari li akkumpanjawhom għall-mawra tagħhom f’Malta. Dawn kienu jinkludu madwar mitt ċiklist li ħafna minnhom ġejjin minn diversi pajjiżi Ewropej
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en