Left arrow Go Back

TAPPA F’GĦAWDEX GĦAĊ-ĊIKLISTI TAL-BETFAIR TOUR TA’ MALTA

pr0718
Date Icon 11/04/2011

F’Għawdex inżammet it-tielet tappa tal-Betfair Tour ta’ Malta, li sar fuq iċ-ċirkwit fil-limiti magħrufa bħala ta’ Xħajma fin-Nadur, Għawdex. Iċ-ċirkwit ta’ Għawdex reġa’ ġie nkluż għat-tieni sena konsekuttiva fit-Tour ta’ Malta organizzat mill-Malta Cycling Federation, wara li kien inqata’ għal xi snin.


L-attività bdiet mill-Imġarr minn fejn iċ-ċiklisti telqu bir-roti tagħhom wara l-wasla tagħhom f’Għawdex. Minkejja r-riħ li kien ikkunsidrat xi ftit qawwi, it-temp iffavorixxa l-andament tat-tlielaq li ħadu ftit aktar minn tliet sigħat.
l-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex attenda ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għan-nom tal-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.  Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll is-Sur Joe Bajada, rappreżentant tal-Kunsill Malti għall-iSport f’Għawdex flimkien mas-Sur John Zammit, iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv, u Antonia Vella Gatt, Miss Betfair Tour ta’ Malta 2011.


Minbarra li kienet attrazzjoni sportiva mhux tas-soltu, it-tappa li nżammet f’Għawdex serviet ukoll bħala promozzjoni tal-gżira kemm maċ-ċiklisti barranin kif ukoll mal-uffiċjali u familjari li akkumpanjawhom għall-mawra tagħhom f’Malta. Dawn kienu jinkludu madwar mitt ċiklist li ħafna minnhom ġejjin minn diversi pajjiżi Ewropej

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow