STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
Referenza għal storja fil-ġurnal Kullħadd dwar is-salarju tal-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta
L-istorja li dehret ilbieraħ fuq il-ġurnal “Kullħadd”, illi l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Air Malta, Peter Davies, mhux se jħallas taxxa fuq is-salarju tiegħu hija totalment skorretta u ma fiha ebda forma ta’ verità.
Dan il-ġurnal ma kkomunikax ma’ dan il-Ministeru jew mal-Air Malta biex jivverifika din l-informazzjoni qabel ma rrappurtaha.
Sfortunatament, din l-istorja skorretta hija t-tkomplija ta’ kampanja ta’ informazzjoni skorretta li ma tagħmel ebda ġid għall-proċess ta’ ristrutturar tal-Air Malta.
Is-salarju komplessiv tas-Sur Davies, inkluż performance bonus, huwa ta’ €448,000. It-taxxa titħallas fuq id-dħul kollu. Is-Sur Davies igawdi mill-istess benefiċċji li jgawdu minnhom il-Managers fi ħdan il-Kumpanija Air Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en